Nahdmu fl-istess ufficju

Nahdmu fl-istess ufficju

Jiena naħdem f’uffiċju u xhur ilu bdejt naħdem ma’ kollega ġdida.  Ftit, ftit bdejt ninġibed lejha u nħoss li hi tħossha bl-istess mod lejja.  L-unika ħaġa li qiegħda tberren f’moħħi hi, li jekk nkunu f’relazzjoni flimkien, jista jiġi affetwat x-xogħol.  Taħseb li huwa żball jekk ikolli relazzjoni magħha?

Fil-post tax-xogħol huwa faċli li jkollok relazzjoni ma’ xi ħadd, allura nixtieq nassigurak li m’intix l-unika persuna f’din is-sitwazzjoni. Iżda qabel tagħmel l-ewwel passi nixtieq nissuġerilek li, bħal ma jsir qabel kull relazzjoni, ssir tafha sewwa din il-persuna u li tkun ċert li hija veru attratta lejk.  Sib okkazjonijiet fejn tkun tista’ titkellem magħha, forsi waqt il-pawsa tax-xogħol. Huwa wkoll importanti li tkun taf dwar l-etika tax-xogħol tal-kumpanija li qed taħdem għalijha.  Ċertu kumpaniji jistgħu jiprojbixxu ċertu relazzjonijiet minn fuq il-post tax-xogħol allura huwa importanti li tevalwa u tqis ir-riskji li jista’ jkun hemm.  Barra min hekk importanti li tqis x’jista’ jiġri jekk wieħed minnkom jieħu ​promotion
​ .

Jekk tiddeċiedi li tkun f’relazzjoni magħha hija importanti li tissepara x-xogħol mil-ħajja personali.  Għalhekk huwa importanti li fuq il-post tax-xogħol, tevita titkellem fuq kwistjonijiet personali, kemm mal-maħbuba u kemm mal-kollegi l-oħra tax-xogħol.  Żomm ruħek ikkonċentrat fuq ix-xogħol u evita li tiddistra ruħek bil-presenza tagħha.  Bl-istess mod, meta tkunu flimkien bħala koppja, evita tkellem fuq ix-xogħol.  Importanti wkoll li tagħmlu sforz biex titrattaw lil xulxin bl-istess mod kif titrattaw lil-kollegi l-oħra meta tkunu fl-uffiċju.

Fl-aħħar mil-aħħar huwa importanti li ma tgħaġġilx ma’ din il-persuna u li tieħu d-deċizjoniet bil-qalbu u wara ftit ħsieb.

 

– Matthew Bartolo is a counsellor specialising in Sex & Relationships.  He offers counselling to both individuals and couples, and runs the sex education services within Willingness.  He can be contacted on matthew@willingness.com.mt

Phone:

+356 7929 1817