Għalkemm il-fiżjoterapija sar professjoni komuni fil-qasam tas-saħħa, wieħed jista’ jkun konfuż meta għandu jfittex dan is-servizz. Fis-sezzjonijiet li ġejjin ser tkun magħruf meta huwa bżonnjuż is-servizz tal-fiżjoterapija.
Uġigħ
Uġigħ huwa l-iktar sintomu komuni li niltaqgħu miegħu fil-ħajja ta’ kuljum. Ħafna drabi meta persuna jħoss dan is-sintomu, il-mediċina hija l-ewwel kumpens biex inaqqas dan. Għalkemm il-mediċini jħaffu il-proċess biex persuna jirritorna lura lejn ħajtu, l-effett huwa temporarju u sfortunatament dan is-sintomu jerġa jirritorna. F’dawn il-każijiet, diversi persuni jirrikorru għall-assistenza medika, bħal żjara għand it-tabib jew esperimenti mediċinali, jew assistenza ħolistika, bħal massaġġi jew magni speċifiċi.
F’dawn is-sitwazzjonijiet persuna jista jinqabad f’ċiklu ħazin fejn l-uġigħ jżid mal-istress mentali tal-persuna u B’hekk trabbi ċertu biża’. Dan iwassal biex persuna jirrifjuta milli jiċċaqlaq u jżid iċ-ċans għal iktar uġigħ. Biex jinqata’ dan iċ-ċiklu, il-fiżjoterapija toffri diversi mezzi biex tnaqqas jew tikkontrolla l-uġigħ b’mod terapewtiku.
Skumdita’ jew Nuqqas ta’ Moviment
Fil-ħajja ta’ kuljum niltaqgħu ma’ diversi funzjonijiet repetittivi, kemm fix-xogħol u anke d-dar. Dan jista jwassal għall-għajja f’ċertu movimenti repettitivi, qtugħ tal-laħam, muskoli ibsin u saħansitra tnemnim f’idejk jew f’saqajk. Bħal uġigħ, dawn l-effetti nipprovaw nsolvuhom b’mod temporarju.
Fiżjoterapista jista’ jgħin billi juża terapija apposta li tinidirizza dawn l-effetti skomdi. Fl-istess ħin, fiżjoterapista jista’ jeduka l-pazjent dwar kif jista’ jibdel il-movimenti ta’ kuljum b’mod effiċjenti, kif ukoll kif jista’ jqassam il-ġurnata b’mod iktar effiċjenti.
Motivazzjoni għal Attivita’ Fiżika
Ħafna studji jsaħħqu li l-attivita’ fiżika għandha diversi benefiċċji fuq is-saħħa tal-bniedem. Fl-istess ħin, diversi studji sabu li l-attivita’ fiżika hija waħda mir-rimedji biex tnaqqas ir-riskji ta’ kundizzjonijiet kroniċi. Mhux kulħadd huwa sportiv, imma kull qatra ta’ eżerċizzju tgħodd.
Għalkemm l-attivita’ fiżika hija importanti, mhux kull persuna jsibha faċli biex jibda xi eżerċizzju. Għalhekk fiżjoterapista jiista’ jgħin billi joffri l-mekkaniżmu apposta għalik biex tibda xi eżerċizzju u fl-istess ħin jipprovdi l-motivazzjoni biex tkompli lejn ħajja iktar attiva.
X’jiġri jekk xi sintomu ma jistax jiġi solvut minn fiżjoterapista?
Fiżjoterapista huwa mgħallem biex jiddistingwi sintomu minn ieħor. F’dan il-kaz fiżjoterapista jista jiggwidak għal persuna professjonali relatat mas-sintomu li qed tħoss. Għalhekk huwa importanti li żżomm kuntatt tajjeb mal-fiżjoterapista tiegħek ħalli jista’ joffri l-aħjar kura għalik.
Jekk taħseb li tista’ tibbenefika minn konsultazzjoni mal-fiżjoterapista tagħna, tista’ tibbukja appuntament hawn.
Roberto Agius is a physiotherapist at Willingness. He achieved clinical experience in various areas of clinical rehabilitation.