Dhalt fil-laptop tat-tifel u sibt li jara pornografija.  Dan normali ghal tifel ta’ 16 il-sena?

 

Sfortunatament, illum pornografija hi accessibli anke minn fuq tablets u mobiles.  Dan ifisser li l-edukazjoni saret hafna iktar importanti fejn tidhol pornografija.  Meta qabel il-genituri setaw forsi juzaw software biex jalqu certu siti minn fuq il – computers tad-dar taghom illum il – permess ta mobile internet sar possibli li dawn is-siti jigu accessati minn mobajls jew tablets.  Anke jekk it-tifel jew tifla m’ghandix access ghal internet hi facilment jinatalhom file fil-videos li jkun nizzel habib / habiba taghhom.

 

Ghalhekk insahhaq li mportanti li npoggu bilqeghda ma’uliedna u nkelmuhom dwar is-sess, relazjonijiet u anke pornografija.  Ricerka turi li l-eta’ tat-tifel tieghek kwazi z-zghazagh kollha (89.9%) ikunu accessaw da nil-materjal imqar darba f’hajjithom.  Il-problema hi meta ahna ma nkunux tkellimna car ma’ uliedna dawn se jemnu li dak li jaraw fil-pornografija hi l-propja sess.  Dawk il-qisien, ammonti u hsejjes hu n-norma meta ahna nafu li mhux il – kaz.

 

Niltaqa’ ma’ hafna kopji u individwi li jahsbu li ghandhom problemi meta fil-verita’ ma jkollomx minhabba li jqablu lilhom infushom man-nies ta’ fuq dawn il – videos.  Dawn il-hsibijiet u ideat joholqu hafna konfuzjoni u problem bejn il – kopji u anke fl-individwu.  Ghalhekk nheggek tpoggi bilqedgha ma’ ibnek u b’mod kalm tispjegalu x’rajt.  Imbaghad tista’ tghidlu li la darba taf li qed jara dawn il – videos thoss li ghandek titkellem mieghu dwar is-sess u relazjonijiet u l-valuri li tixtieq li jhaddan hu.  B’hekk tkun qedgha tohloq spazju fejn hu jista’ jsaqsi u jitkellem dwar dawn is-suggetti.

Din mhix haga facli izda bzonjuza mmens, specjalment meta inti certa li hu qed jaccessa dawn it-tip ta’ videos.  Trid ticcekja ukoll ikunx iktar aqli jekk tinvolvi l-missieru jew hux se jhossu ghar jekk isir jaf li hemm iktar nies li jafu b’din il-haga.  Dan jiddependi mit-tifel tieghek u r-relazjoni li ghandhu maghkom.

 

Ghamel kuragg u ikser dik l-iskumdita’ halli tohloq lok ghal – konversazjoni matura dwar dan is-suggett.