Reading Time: 2 minutes

L-imhabba tezisti?

 

Bdejt nitkellem ma’ guvni fuq Facebook ftit tax-xhur ilu u vera jghogobni.  Hu jidher interessat u anke qalli biex nibdew nohorgu flimkien izda nibza’ li nwegga’.  L-imhabba tezisti?  Jiena Ghandi 14 u meta kelli 9 ommi u missieri sseparaw.  Kellhom relazjoni vera difficli u dejjem jiggieldu.

 

Kemm hi mistoqsija komuni din li qed taghmel.  Sfortunatament, ahna l-adulti ma tantx naghmlu reklam sabih lil imhabba.  Ghandna hafna cajt fejn nirridikolaw lil dawk li se jizzewgu.  Cajt bhal “se titghallaq”; u “ahjar ghomrok il – habs”.  Biex taxxaqa l-maggoranza tal – genituri jiggieldu quddiem it-tfal izda rari jaghmlu paci quddiemhom.  Kultant anke kif nitkelmu ahna l-adulti quddiem iz-zghazagh ma tantx jaghmel gieh lir-relazjonijiet.  Hemm ukoll ir-realta’ li kopja li tissepara taghmel iktar hoss minn kopja li qedghin kuntenti flimkien.  Darba smajt qawl li jghid li sigra taqa’ fil foresta taghmel hafna iktar hoss minn dawk is-sigar kollha li qed jikbru u jitwalu kuljum.  Il-fatt li r-relazijoni tal- genituri ma kinitx wahda felici u spiccat f’separazjoni jaf ghalik tikkonferma l-fatt li r-relazjonijiet jaf ma jahdmux.  Dan hu minnu li hemm relazjonijiet li ma jahdmux izda hu minnu ukoll li hemm hafna li jahdmu.  Hares madwarek u ahseb ftit dwar nies li taf inti personalment li ilhom f’relazjoni.  Forsi xi hbieb, zijiet, nanniet, forsi xi relazjoni li l-genituri tieghek stess qedghin fiha.

Fl-eta’ tieghek importanti li ssir taf nies differenti.  Meta inti tiltaqa’ ma’ nies differenti se tikber bhala persuna u titghallem iktar dwarek innifsek.  Titghallem ma’ liema tip ta’ nies tingwalaha l-iktar, kif tghagixxi f’relazjoni u x’qedgha tfittex f’relazjoni.  Mhux kull relazjoni li ser tkun fiha se tibqa’ ghal dejjem izda mportanti li tghaddi minn relazjonijiet bhal dawn biex taprezza iktar ir-relazjoni li tkun it-tajba ghalik.  Ghalhekk hu mportanti li dejjem turi rispett kemm lil persuna l-ohra u lilek innifsek f’kull relazjoni li jkollok.  B’dan il-mod meta tiltaqa’ ma’ dik il-persuna li maghha thossok komda ma jkollokx wisq wegghat minn relazjoniijet ta’ qabel li jafu jcajpru kif thares lejn dik ir-relazjoni.

 

Ghix il-hajja u kun miftuha ghal-imhabba.  Ibqa’ certa li meta tigi se tinduna,

Matthew