Reading Time: < 1 minute

Jekk persuna għandha il-virus tal HIV hawn Malta bħalissa jeżistu trattamenti li jistgħu jgħinu lill-individwu biex il-virus ma jkomplix jixxerred. Bħalissa t-trattament tal-HIV tikkonsisti f’mediċina li jisimgħa Antiretroviral Therapy (ART). Din il-mediċina twaqqaf il-virus milli jkompli jinxtered ġol-ġisem.

Wara li tirċievi l-ahbar li għandek il-virus tal-HIV tiġi trasferixxit għall medical outpatient 4 (MOP4) f’Mater Dei, fejn hemm jibdew jtuk l-ART. Dawn huma pilloli li trid tieħu kuljum biex jibda jonqos l-virus tal-HIV ġo ġismek. Meta l-virus tal-HIV jkun baxx biżżejjed ġo ġismek minħabba l-kura li tkun qed tieħu, l-partner/s tieghek ma jkunx/jkunux fil-periklu li jaqbdu l-virus. Biex iżżomm il-livelli tal-virus baxx ġo ġismek trid tkun iddixiplinat bil-mediċina u jkun ta’ parir li żżomm mal-parir li jtik it-tabib. Importanti ħafna li meta tikkomunika mat-tabib tkun onest dwar:

  • Is-seswalita tiegħek
  • Liema ġeneru tidentifika miegħu
  • Jekk tuża xi alkoħol jew sustanzi oħra
  • Xi kundizzjonijiet oħra li għandek.

Meta inti tipprovdi l-informazzjoni onesta lit-tabib, il-professjonist jista jtik l-aħjar kura u trattament. Il-professjonist mhuiex ħa jiġġudikak fuq id-deċiżjonijiet li tieħu f’ħajtek. It-tabib ħa jagħmel ħiltu biex jieħu d-deċiżjonijiet tajbin għalik u għal saħtek. Tajjeb ukoll li ngħidu li għall-ebda raġuni l-profesjonist mhuwiex ha jgħid lil ħadd ieħor dwar l-affarijiet li tkun għedtlu regward is-sesswalita tiegħek, sustanzi, jew xi kundizzjoni medika ohra.

Meta wieħed jiġi f’suspett li ttieħed il-virus tal-HIV, wiehed jista jieħu il-PEP (Post Exposure Prophylaxis). Huwa rrekomandat li tibda dan it-tip ta’ trattament mhux inqas minn 24 siegħa wara li taħseb li ttieħed il-virus. Il-PEP tiġi offruta mill-GU clinic u mingħand id-dipartiment tal-emergenza ta’ Mater Dei meta il-GU clinic jkun magħluq.

Reference

https://www.hivmalta.com/

Karl Grech is a counsellor. He offers counselling to both individuals and couples within Willingness. He can be contacted on karl@willingness.com.mt or call us on 79291817.