Hu saqsa, “Tghid nghidulhom lil ommi jigu ghat-te’ llejla?”

Hi rrispondiet, “Mhux xorta…”

Hu cempel l-ommu u stidinha ghat-te’ u mil – mument li qatgha minn maghha nqala’ panik kbir id-dar.  Wara hafna hars bl-ikrah u tghajjir qaltlu, “imma int ma tafx li ghadni ma naddaftx u vera niddejjaq tigi ommok u tara dat-tqallib?! Missek drajtni issa!”

Il-problema hi li hafna huma dawk li jghidu haga meta fil-verita’ kienu jhossu haga ohra.  Mhux l-ewwel darba li smajt kopji jiggieldu minhabba li jkunu saqsew mistoqsija diretta lil xulxin u flok rrispondew b’dak li vera jhossu pruvaw jilghabu loghba fejn qalu x’jahsbu li suppost jintqal.  Dan filwaqt li bejnhom u bejn ruhhom xtaqu li l-partner taghhom j/tifhem wahdu / wahedha fil-verita’ x’ridu jghidu.

Il- kommunikazjoni bejn tnejn min nies hi diga difficli bizzejjed.  Meta ahna qed nikkomunikaw ma’ persuna ohra, ahna nkunu qed nitkelmu u nfisru l-kliem li qed nghidu skond l-esperjenza taghna u kif ahna nharsu lejn id-dinja.  Il-persuna li qed tismghana qed tisma’ l-istess kliem izda skond l-esperjenza, emozjonijiet u l-mod taghha kif thares lejn id-dinja.  B’hekk gili nitkelmu t-tnejn bil-Malti u xorta ma niftehmux…ahseb u ara jekk noqghodu nilghabu l-loghob.  Nsaqsu tghogbux dik tat- TV meta fil-verita’ nixtiequ konferma li anke ahna nghogbuh.  Nghajruha ghax ma thobnix meta fil-verita’ nixtiequ nsaqsuha jekk ghadiex thobna.

Illum qed nistidinkom biex nghidu dak li nhossu u nhossu dak li nghidu.  Ahsbu ftit kemm nghixu hajja iktar semplici jekk nkunu iktar genwini flok nahlu l-energija fil-loghob tat-thabbil il-mohh.  Naccettaw ir-realta’ li l-hajja mhix xi film romantiku fejn l-artist jinduna t-tfajla x’dejjem riedet u jigri lura biex itiha dak li dejjem bezghat tghidlu.  Il-hajja taghna hi realta’, stress, mhabba, relazjonijiet differenti u iktar ma naghmlu l-hajja taghna u ta’ dawk ta’ madwarna semplici iktar nghixu b’mod san ghax nkunu mohna mistrieh li nafu fejn qedghin ma’ xulxin.  Ibdew mil-lejla, meta tiltaqghu mal-partner taghkom, saqsuh dik il –mistoqsija li tant ila tberren f’mohkom u aqtawha darba ghal dejjem.

 

-matthew@willingness.com.mt