Ilna nipruvaw ghat-tfal ghal dan l-ahhar 6 xhur u vera qed naqta’ qalbi. Ghandi 30 sena u ghalhekk qed nibza li ha nispicca minghajr tfal. Qed naghmel kull ma jghiduli l-profesjonisti: niehu t-temperatura, ikolna x’naqsmu kull meta nkun fertili. Anke pozizjonijiet li ikabru c-cans li ninqabad qed nuzaw avolja ma tantx jogbuna nghidlek il – verita’. Qed nibghatlek qalbi maqtugha imma ghidt forsi ghandek xi parir inti.
Nista’ nimmagina kemm hu zmien difficli ghalikom li ma tistax tinqabad tqila. Li nista’ u nixtieq nghidlek hu li l-istress ma jghinx lil gisem jirrilassa u dan jaghmilha iktar difficli ghalik biex tinqabad tqila. Jiena u niktiblek naf kemm hu difficli niprova nwassal il – messag li nixtieq permezz ta’ kitba izda ser niprova. Jiena s-soltu nissuggerixxi lil kopji jiccekjaw hemmx xi raguni medika li qedgha twaqqaf milli jkun hemm koncepiment. Jekk ma hemmx imbaghad nissuggerixxi li jieqfu jipruvaw ghal sitt xhur u jiffukaw fuq il-pjacir. Meta intom qed titkelmu u titalmu dwar is-sess li thobbu u tipruvaw pozizjonijiet differenti hafna drabi tibdew tirrilassaw. Meta kopja tkun qed tiprova ghat-tfal is-sess tant isir mekkaniku li gili l-gisem ihossu sfurzat Il-fatt li tippostponi il-“goal” tal-koncepiment b’6 xhur jghin biex intom tiffukaw fuq i-pjacir. B’ghinuna ta’ profesjonist li jista’ jghinkom f’dan il-vjagg issiru tafu iktar x’jaghtikom pjacir u b’hekk wara s-6 xhur jaf issibuha iktar facli biex titkelmu dwar sess u anke tirrilassaw. Iltqajt ma’ hafna kopji li anke waqt is- 6 xhur tal-esperimentazjoni nqabdu tqal. Gili anke jkun hemm kopji li la darba jadottaw tfal jew jaccettaw li ma jistax ikollom tfal, u b’hekk ma jibqawx jiffukaw fuq il-koncepiment, ikollom tfal b’mod naturali.
-matthew@willingness.com.mt