Reading Time: 2 minutes

Jien mara ta’ 35 sena u ilni mizzewga 13 il sena.  Ir-ragel tieghi, 45 sena, isiefer ta’ spiss fuq xoghol ghax ikollu hafna konferenzi izda jien dejjem afdajtu ghax dejjem urini rispett u ilna flimkien minn meta konna ghadna tfal.  Is-sena li ghaddiet kien qed jinkwieta li qed jixjieh u ffissa li m’ghadux attraenti.  Minn meta mar l-ahhar konferenza waqaf igerger li qed jikber u bdejt nissuspetta li ghandhu l-attenzjoni ta’ xi haddiehor.  Ghalhekk fittixtlu fil-facebook u sibt li qed jitkellem ma’ mara ta’ 30 sena li ltaqa’ maghha xahrejn ilu f’konferenza li mar.  Qrajt x’qalu lil xulxin u qas naf x’se naqbad naghmel.  Jghidilha li qed jimmisjaha u li jixtieq qed maghha.  Sahansitra batilha f’gheluq snini meta konna qed inqattaw gheluq il – gimgha gewwa lukanda.  Ma nahsibx li kellu x’jaqsam maghha imma l-affarijiet li qed jghidilha jweggawni wisq.  X’se naghmel?

 

Din hi email difficli hafna.  Hi sitwazjoni ta’ ugigh ta’ qalb u ta’ niket kbir.  Li ssib li l-partner tieghek, li tant fdajt qed ikellem lil haddiehor b’dak il-mod twegga’ ghax thoss li l-partner qed jaghmel hekk minn wara dahrek.  Ghalhekk nixtieq nistidnek biex bhal ma fittixt l-ghajnuna permezz ta’ din l-email tfittex ghajnuna profesjonali biex issib il – kuragg tafronta r-ragel tieghek dwar dak li qrajt u flimkien tifhmu dan x’ifisser ghar-relazjoni taghkom.

Kultant persuna tintilef wara distrazjoni imma ma tkun xejn ghajr distrazjoni li forsi wiehed jara tlellex u anke taghti certu sens ta’ sigurta’ specjalment meta r-ragel jaf ikun ghaddej minn dak li nghidulha “mid-life crisis” fejn ikun qed ihossu qed jixjih.  Kultant persuna jkolla bzonn tikkonferma li ghada attraenti, specjalment jekk tkun qed thossha hazin li qed tikber.  Dan ma jfissirx li dak li ghamel ir-ragel hu olrajt izda jista’ jkun li hi xi haga li ma tfisser xejn u li jekk titkelmu dwarha u tahdmu fuqha flimkien bhala kopja tistghu tergghu ggeddu l-imhabba li ilkom thadnu ghal dawn is-snin kollha.

Meta tigi biex tkelmu dwar il – messaggi zomm dawn il-punti f’mohhok.  Hafna drabi f’dawn is-sitwazjonijiet il-persuna li ghamlet l-azjoni tkun qed thossha hazin ghax wegghet lil persuna li tant thobb u allura tiprova tichad jew sahansitra tohodha kontra l-partner taghha talli qedgha “tkabbarha”.  Min – naha l-ohra l-“vittma” tal-azzjoni, f’dan il-kaz int, thoss li mhux talli giet imwegga’ imma talli l-persuna li wegghatha ma jimpurtahix minn dak li qedgha thoss.  Dan iwassal ghal – kopja biex tibda tinfired emozjonalment ghax apparti l-wegghhat u “guilt” ovji t-tnejn jibdew jghidu din l-esperjenza wahedhom minflok ma’ xulxin.  Tant it-tnejn ikunu mikulin bl-emozjonijiet taghhom li jsibuha difficli jifhmu l-emozjonijiet li tkun ghaddejja minnhom il-persuna li tant ihobbu.

Nixtieq nissuggerilek titkellem b’mod onest mar-ragel tieghek u taraw kif flimkien, b’ghajnuna profesjonali, tistghtu ssahhu r-relazjoni taghkom,

Matthew

 

-matthew@willingness.com.mt