Jiena raġel ta’ 35 sena u qiegħed f’relazzjoni relattivament ġdida. Hija mara sabiħa ħafna kemm fiżikament u kemm bħala persuna u sinċerament naħseb li sibt il-‘waħda’. Diġà kellna x’naqsmu ma’ xulxin diversi drabi u qatt ma kellna problemi pero’ nistħi ngħid dan l-aħħar xahar qed ikolli problema bl-erezzjoni meta nkun magħha. Ma nistax nifhem għaliex għax jekk xejn inħoss iktar għaliha milli kont qabel u qatt ma kien ġrali hekk. Qed nibża’ li forsi hemm xi problema medika pero’ kważi iktar minn hekk ma rridx li hi tinduna ma tmurx taħseb li qed nitlef l-interess fiha.

 

Grazzi ħafna talli qsamt magħna din is-sitwazzjoni. Dak li qed issemmi tinstema li hi dik li bl-Ingliż isejħulha erectile dysfunction li hija meta ma nknunux nistgħu inmantnu erezzjoni waqt is-sess. Bħala kawżi hemm diversi, fosthom mediċi, pero’ iktar komuni li tkun ikkawżatha minn sempliċi stress u ansjetà. Milli qed tgħidli jista’ jkun li dan huwa l-każ speċjalment la qed tgħid li importanti ħafna għalik: forsi tibża’ li titlifha? F’każi hekk il-biża nnfisha toħloq ansjetà li tikber dejjem iktar bil-problema fl-erezzjoni, u hekk tkompli tiggrava. Jekk huwa każ ta’ ansejtà jgħin ħafna jekk tirrilassaw fiżikament it-tnejn flimkien ħalli kemm jista’ jkun ma tkunux fi stat ta’ stress meta jkollkom x’taqsmu.

Hemm affarijiet oħra li jafu jikkontribwixxu għall-problema pero’, bħaż-żmien, kundizzjonijiet mediċi bħaz-zokkor, problemi fiċ-ċirkulazzjoni jew fil-bilanċ ta’ l-ormoni. Apparti kundizzjonijiet mediċi hemm ċertu mediċini wkoll li jafu jikkawżaw problemi bl-erezzjoni. Nistiednek tikkunsidra jekk hemmx affarjiet minn dawn li japplikaw għalik, u jekk le kieku jien nipprova nnaqqas ftit stress u ansejtà għax dawn jaffettwaw ħafna. Jekk lanqas dan ma jgħin taf tkun idea tajba li tiċċekkja ma’ tabib f’każ li jkun hemm bżonn tagħmel xi testijiet ħalli tifhem iktar il-problema.

 

Matthew Bartolo is a counsellor specialising in Sex & Relationships. He offers counselling to both individuals and couples, and runs the sex education services within Willingness. He can be contacted on matthew@willingness.com.mt.

You can visit his profile on: https://zme.tec.mybluehost.me/willingnessmt/team/matthew-bartolo/