Reading Time: < 1 minute

Kont ilni mizzewweh ghaxar snin u ghandna zewgt itfal ta’ 5 snin u 3 snin.  Daqs gimgha ilu l-mara qaltli li xebghet u sejra toqghod ghand habiba taghha.  Qaltli li hi thoss li jien ghandi nzomm it-tfal forsi nitghallem naprezza kemm kienet issefter warajna.  Jien m’ghandix problema niehu hsieb it-tfal imma hi tixtieq li tigi ghalihom meta trid.  Nibza’ li t-tfal mhux se jkollom stabilita’.

 

–> Jiddispjacini hafna ghal dak li ghaddejt minnu.  Mhix facli s-sitwazjoni tieghek izda donnok qed taghmel l-ahjar haga ghax qed tpoggi l-bzonnijiet tat-tfal l-ewwel u qabel kollox.  Jien nissuggerixxi li ssib kemm ghajnuna profesjonali ghalik, biex tghinek taghmel sens minn dit-telfa, u anke ghal uliedek fi zmien bhal dan.

Idealment, jirnexxilek tpoggi bilqedgha ma’ l – ex mara u tirrangaw l – affarijiet. Kultant ninjoraw u ma naprezzawx lil partners taghna u din tohloq hafna ugigh u rabja fihom.  Jekk jirnexxilek tammetti fejn zbaljajt u tofri soluzjonijiet u tibdil forsi tista’ tirranga l-affarijiet.  Izda jekk ma jirnexxilekx importanti hafna li tpoggi bilqeghda maghha u taslu ghal pjan ghat-tfal taghkom.  Min se jiehu hsieb xix u meta. Importanti hafna li t-tfal ihossu l-bidla l-inqas possibli ghax kif ghidt sewwa hafna inti t-tfal ghandhom bzonn stabilta’.

Kuragg u dejjem poggi l-uliedek l-ewwel f’dis –sitwazjoni.  L-ghar haga li tista’ taghmel hi li thalli l-wegghat tieghek jaffetwaw it-trobbija ta’ uliedek billi jispiccaw f’nofs pika kontinwa.