Il-fibromyalgia hija kundizzjoni li ġabet popolarita’ f’dawn l-aħħar żminijiet. Ir-rata ta’ nies li jbatu minn fibromyalgia qed tiżdied drastikament, b’disgħa mitt persuna jbatu minn dil-kundizzjoni f’Malta biss skont l-aħħar stħarriġ. Din il-kundizzjoni kronika hija kkarateriżata minn uġigħ kontinwu f’diversi partijiet tal-ġisem, mingħajr kawżi infjammatorji jew raġuni medika. Għalkemm il-kawża ta’ din il-kundizzjoni mhix magħrufa, diversi studji jassoċjaw il-fibromyalgia ma’ kundizzjonijiet fiżiċi inklużi rumatiżmu u kundizzjonijiet diġestivi, kif ukoll mas-saħħa mentali.
Diversi persuni li jbatu minn dil-kundizzjoni jesprimu uġigħ kontinwu, ebusija fil-muskoli u ġoggi, għajja severa u nuqqas ta’ irqad bħala sintomi komuni. Dawn jistgħu ikollhom effett negattiv fuq il-ħajja tal-persuna b’mod fiżiku, mentali u soċjali. Għalhekk, pazjenti bil-fibromyalgia jżidu ir-riskju li jbatu minn sintomi sekondarji. Dawn is-sintomi jistgħu jinkludu: anzjeta’, dipressjoni, problemi diġestivi, uġigħ ta’ ras, problema fil-memorja u konċentrazzjoni, u sensitivitta’ għal ħsejjes u rjiħat qawwijin.
Meta wieħed isir jaf li għandu fibromyalgia
Il-fibromyalgia ma tiġix iddentifikata mill-ewwel. Il-sintomi komuni li ddiskutejna jibdew jippreżentaw ruħhom b’mod gradwali u ħafna drabi dawn il-pazjenti jirrikorru għal mediċini jew assistenza ħolistika bħal massaġġi. Sfortunatament, is-sintomi ma jiqfux hemm u persuna jirrikorri għat-tabib biex jiċċekkja l-kawża tal-uġigħ.
B’differenza minn kundizzjonijiet komuni oħra, il-fibromyalgia m’għandiex testijiet speċifiċi li jirrużultaw għaliha. Din tista’ tolqot persuna b’mod negattiv meta isirulu diversi testijiet mediċi mingħajr riżultati sodisfaċenti. Dan joħloq ċiklu ħażin fejn titrabba biża u ħsibijiet negattivi li jistgħu jżidu mal-uġigħ preżenti li persuna jgħaddi minnha. Wara ħafna testijiet, persuna jiġi rreferut għand rumatoloġista fejn jindirizza l-fibromyalgia, jagħti aktar informazzjoni dwar l-effett tagħha u jirreferri għal professjonisti oħra, bħal fiżjoterapisti, biex jindirizzaw l-immaniġjar tas-sintomi.
L-importanza tal-fiżjoterapija fil-fibromyalgia
L-għan tal-fiżjoterapija hija li tiggidwa u tgħallem persuni kif għandhom jikkontrollaw is-sintomi tal-fibromyalgia, speċjalment l-uġigħ u l-ebusija tal-muskoli u l-ġoggi. Dawn jistgħu jsiru b’diversi modi inklużi attivitajiet ta’ resistenza u aerobiċi, terapija akwatika u eżerċizzji rilassanti. Diversi studji juru li dawn it-tipi differenti ta’ terapija jipprovdu ħafna benefiċċji għas-saħħa ta’ dawn il-pazjenti.
Fiżjoterapista huwa mgħallem biex jagħraf is-sintomi u l-effetti li jikkawża l-fibromyalgia. F’dan il-kaz fiżjoterapista jista jiggwidak għal persuna professjonali biex jaħdem fuq dawn l-għanijiet, bħal psikoloġista jew occupational therapist. Għalhekk huwa importanti li żżomm kuntatt tajjeb mal-fiżjoterapista tiegħek ħalli jista’ joffri l-aħjar kura għalik.
Jekk taħseb li tista’ tibbenifika minn għajnuna professjonali fuq din is-sitwazzjoni, tista’ tikkuntatjana hawn.
Roberto Agius huwa fiżjoterapista mal-Willingness. Huwa kiseb esperjenza klinika f’diversi oqsma ta’ riabilitazzjoni klinika.
is a physiotherapist at Willingness. He achieved clinical experience in various areas of clinical rehabilitation.
Referenzi
https://www.rheumatology.org/I-Am-A/Patient-Caregiver/Diseases-Conditions/Fibromyalgia