Fattur importanti li jaffettwa s-saħħa mentali ta’ persuni transgender huwa l-imħabba u l-appoġġ li jistaw jirċievu mingħand il-membri tal-familja tagħhom. Relazzjonijiet importanti bħal dawn jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv meta membru tal-familja jistqarru li huma transgender. Sfortunatament, ħafna nies transgender jesperjenzaw sitwazzjonijiet orribbli fost oħrajn li jiġu mwarba mill-membri tal-familja tagħhom.

Ir-relazzjoni ta’ bejn l-aħwa:

L-appoġġ mill-aħwa jista’ jkun ta’ benefiċċju kbir għall-persuna. Studji juru li min sabu l-appoġġ ta’ mill-inqas membru wieħed tal-familja tagħhom għandhom iktar affermazzjonijiet pożittivi dwar is-saħħa mentali tagħhom. L-aħwa jistgħu jieħdu l-irwol tal-akbar ‘cheerleader’ tal-persuna trans u dawn jistaw jħeġġuhom u jagħtuhom il-kuraġġ li għandhom bżonn sabiex jistqarru li huma transgender mal-bqija tal-familja. Dan huwa importanti ħafna. L-aħwa għandhom jappoġġjaw u jsostnu favur il-persuna transġeneru mal-familja kollha, jekk ikun hemm bżonn, kif ukoll jgħinnu lill-persuna transġeneru jaġġustaw għal dan l-irwol ġdid billi tirrisondi xi mistoqsijiet speċifiċi li jistaw jkollhom.

Il-familja:

Il-familja titqies bħala sistema li tikkonsisti minn partijiet differenti, għalhekk meta jkun hemm bidla f’parti waħda, din il-bidla taffettwa il-partijiet kollha tal-familja. Fil-passat, l-individwi transġeneri kienu jigu meqjusa bħala individwi li ma jagħtux kontribut validu lill-familja kollha. Din il-perċezzjoni falza rriżulta fil-fatt li l-individwu transġeneru jemmen li l-familja tkun aħjar mingħajrhom. Sentimenti hżiena u ta’ ħsara, bħal dik tal-mistħija, hija emozzjoni komuni u qawwija li tista’ tinstab fil-familja ta’ min qed jagħmlu transizzjoni.

Persuni transġeneri jipproteġu ħafna r-relazzjoni tagħhom mal-familthom. Tant hu hekk, li jistaw jiddeċiedu li jtawwlu it-transizzjoni tal-ġeneru tagħhom jekk dawn iħosshom li jekk joħorġu bħala transġeneri jista’ jkun li hemm impatt negattiv fuq familthom. Iżda dan jnaqqas sew is-saħħa mentali tal-individwu u huma jikkunsidraw dan il-perjodu bħala l-iktar wieħed ikrah li għaddew minnu.

Konversazzjoni mal- familja:

Li tesprimi x-xewqa għat-transizzjoni huwa suġġett sensittiv ħafna u stressanti fil-familja. Ħafna membri tal-familja ma jridux jitkellmu dwar il-proċess kollu ta ‘transizzjoni fid-dettall jew s-sentimenti tagħhom lejn dan. Dan jista’ jkun verament frustranti għall-individwu transġeneru, għalhekk huwa importanti ħafna li l-familja tipprovdi spazju biex jesprimu u jitkellmu dwar it-trasformazzjoni tagħhom kemm jixtiequ. Din il-ħtieġa għal konverżazzjoni onesta hija importanti biex wieħed ineħħi ċertu perċezzjonijiet ħżiena u suppożizzjonijiet mhux preċiżi u tgħin lill-familji jifhmu verament minn xiex hi għaddejja l-persuna transġeneru. Hawnhekk, il-paċenzja hija importanti ħafna billi il-persuna tista’ ma ikolliex it-tweġibiet kollha mill-ewwel, u dan huwa normali. Ċertu għarfien jiġi bl-esperjenza u ż-żmien.

Tiftix għall-għajnuna esterna:

Huwa importanti ħafna li l-persuna transġeneru tirċievi appoġġ soċjali matul dan l-proċess trasformattiv. In-nuqqas ta’ appoġġ soċjali rriżulta f’ansjetà kbira li ikollhom impatt negattiv fuq ir-relazzjoni tal-familja. Bl-appoġġ xieraq, anke dik esterna, ir-relazzjonijiet fil-familja jistgħu jfejqu u jiffjorixxu. Proffesjonisti mħargin fil-psikologija tal-familija jistgħu jipprovdu din l-għajnuna esterna meħtieġa biex il-familja tissaħħaħ. Dawn il-proffessjonisiti jistgħu jidderieġu l-konversazzjoni fid-direzzjoni t-tajba u juru appoġġ lejn il-membri kollha tal-familja.

Din it-tranżizzjoni tista’ titqies bħala tfixkil lejn il-ħajja ta qabel tal-familja minħabba ċertu kunċetti żbaljati dwar individwi transġeneru. Il-familji jistgħu jissieltu minħabba l-istigmatizzazzjoni, is-sentimenti tal-mistħija, in-niket meta ‘jitilfu’ tifel jew tifla, jew bidla mhux mistennija fis-sistema tal-familja. Madankollu, il-familji jistgħu jibnu dejjem mill-ġdid ir-relazzjoni tagħhom u jimxu ‘l quddiem b’rabta aktar b’saħħitha, speċjalment bl-għajnuna ta’ professjonist psikoloġiku. L-għajnuna professjonali tista’ tipprovdi l-opportunita li l-familja jingħaqdu flimkien billi jitkellmu, jesploraw, jaqsmu u jifhmu l-esperjenzi ta’ xulxin.

Allura, aħwa għandhom:

  • Ħeġġu lill-persuna transġeneru biex ikun veru lejhom infusshom billi-jesprimaw il-ġeneru veru tagħha
  • Għinhom jitkellmu lill-fam ilja kollha
  • Għandhom juru appoġġ, jekk il-familja għal xi raguni ma tappoġġjahomx
  • tkun lest li twieġeb kull mistoqsija li l-persuna transġeneru jista’ jkollha
  • tkun ta’ appoġġ u tħalli l-persuna titkellem dwar it-trasformazzjoni tagħhom kemm trid.

Għalhekk jidher biċ-ċar l-importanza li l-aħwa ikunu verament ta’ appoġġ kbir ta’ xulxien. L-aħwa għandhom jipprovaw jagħtu l-kuraġġ lill-persuna tranġeneru u jgħinhom ikelmu mal-membri tal-familja kollha. Anka jekk il-bqija tal- familja ma tieħux ġost b’din il-bidla neċessarja, int bħala ħu jew oħt dil-persuna għandek tibqa ta’ pediment sod u konsistenti lejn il-persuna tranġeneru. Int tista tkun persuna ta’ eżempju tajjeb lejn il-membri tal-familja l-oħra tiegħek.

Thea Falzon Scerri, student l-universita ta’ Malta fejn qed tistudja qed il-Psikoloġija filwaqt li qed taħdem bħala childminder u voluntiera mal- Willingness.

References:

Gianna E. Israel (2005) Translove, Journal of GLBT Family Studies, 1:1, 53-67, DOI: 10.1300/J461v01n01_05

Henry von Doussa, Jennifer Power & Damien W. Riggs (2020) Family matters: transgender and gender diverse peoples’ experience with family when they transition, Journal of Family Studies, 26:2, 272-285, DOI: 10.1080/13229400.2017.1375965 

Tabor, J. (2019). Mom, Dad, or Somewhere In Between: Role‐Relational Ambiguity and Children of Transgender Parents. Journal of Marriage and Family, 81(2), 506-519.