Reading Time: 3 minutes

Komunikazzjoni effettiva hi meta tkun kapaċi twassal il-ħsieb tiegħek lil ħaddieħor u dawn jifhmuh bl-istess mod li tkun ħsibtu. Iġifieri ma jkunx hemm tibdil jew interpretazzjoni differenti tal-ħsieb oriġinali.

X’inhuma l-Fatturi li jaffetwaw il-komunikazzjoni?

Hemm tliet fatturi li jistgħu jaffetwaw il-komunikazzjoni- fatturi interni, fatturi esterni u d-dinamika ta’ bejn in-nies li qed jikkomunikaw.

  1. Fatturi Interni
  2. Il-personalità tal-individwu
  3. L-attitudni u t-twemmin
  4. Kif tipproċessa l-esperjenzi u l-ħsibijiet

Kif trabbejt u t-tip ta’ personalità tiegħek jaffetwa ħafna kif tifhem ċertu affarijiet, fuq xiex tiffoka meta tinteraġixxi ma’ ħaddieħor, u l-mod li tipproċessa l-ħsibijiet tiegħek. Hemm min ikollu bżonn iktar ħin biex jaħseb qabel jgħid xi ħaġa, jew inkella tinterpreta ċertu affarijiet b’mod partikolari minħabba l-esperjenzi li tkun għaddejt minnhom. 

Meta xi ħadd ikellimna, nipproċessaw din l-informazzjoni skond dak li qed nistennew li ħa jgħidulna, u ndawwruhom b’ċertu mod illi dawn jaqblu mal-esperejnzi tagħna. Nispiċċaw naraw l-affarijiet li nixtiequ naraw biss u l-affarijiet l-oħra ninjorawhom.

  • Fatturi Esterni
  • Dak li jkun ġara qabel
  • L-ambjent li nkunu fih

Jekk ikun għad kif kellna ġurnata diffiċli, u sibna ħafna kuntrarju ta’ dak li xtaqna, jista’ jkun li nidħlu f’interazzjoni ma’ xi ħadd u nwasslu dawn l-affarijiet anke jekk ma tkunx l-intenzjoni tagħna li nagħmlu hekk. Jekk inkunu għajjenin, frustrati, imdejqin jew irrabjati, jista’ jkun li dan inwassluh lill-persuna l-oħra anke jekk dak li nkunu qed ngħidu jkun messaġġ pożittiv. Mhux biss xi jkun ġralna jaffetwa, iżda anke l-post li qegħdin fih waqt li qed nikkomunikaw. Immaġina li qiegħed ġo post storbjuż jew fejn hemm ħafna attività, dan jaffetwa kemm qed inkunu attenti u kemm qed nisimgħu sew u nwasslu l-messaġġ tagħna b’mod ċar.  Messaġġ jista’ jinftiehem ħażin ukoll meta il-partijiet involuti jkunu għadhom qed jaħsbu fuq xi ħaġa oħra li tkun affetwathom jew ma jkunux qed jiffukaw fuq id-dinamika attwali. 

  • Id-Dinamika
  • Kif qed twassal il-messaġġ
  • Kif qed ninterpretak
  • X’naħseb li qed tipprova tgħidli

Il-messaġġ li wieħed jipprova jwassal, ma jkunx dejjem dak li qed jasal. Ma ninsewx illi kullħadd għandu l-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tiegħu li jaħdmu bħall filters ta’ kif nipproċessaw l-affarijiet. Dan jgħodd kemm fil-każ ta’ min qed jibghat il-messaġġ u kif ukoll ta’ min qed jirċevih. L-intenzjoni u l-messaġġ mhux bilfors li ħa jaqblu, kif ukoll jekk min qed jirċievi l-messaġġ ikun qed jistenna xi haġa differenti dan ħa jaffetwa x’jagħżel illi jisma.  

Meta nikkomunkaw, mhux dak li jintqal biss għandu piż, iżda anke il-mod ta’ kif ngħiduh. Ġieli tant niffukaw fuq dan il-kontenut emozzjonali, illi l-kontenut verbali jintilef. Importanti illi dak li qed tgħid jaqbel ma’ kif qed tgħidu. Meta jkun hemm diskrepanza bejn x’qed tgħid u kif qed tgħidu, is-semmiegħ jiġi f’dubju fuq kemm dak li qed tgħid huwa veru u jista’ jkun li ma jħossux sigur. Meta jiġri hekk, is-semmiegħ għandu mnejn isir difensiv u ma jkunx kapaċi jifhem il-perspettiva tal-persuna l-oħra u għalhekk jinħoloq nuqqas ta’ ftehim. Għalhekk huwa mportanti ħafna illi nagħtu każ tal-messaġġi non-verbali li qed inwasslu permezz ta’:

  • Il-pożizzjoni ta’ ġismek
  • L-espressjoni ta’ wiċċek
  • It-ton tal-vuċi

X’inhuma l-Fatturi li jgħinu l-komunikazzjoni?

  • Meta tħossok liberu li titkellem fuq dak li qed tħoss.
  • Meta tħoss li jisimgħuk u jifhmuk.
  • Meta tħossok komdu titkellem fuq affarijit trivjali u affarijiet diffiċli.

Meta inti tħossok li tista’ titkellem u tħoss illi qed jifhmuk, inti iktar ħa tkun pożittiv lejn ħaddieħor u tkun kapaċi tisma’ u toffri spazju biex ħaddieħor iħossu fl-istess mod. Dawn il-punti kollha juru element ta’ rispett u interess fl-individwu. Jekk ikun hawn dawn l-elementi, u tkun konxju ta’ kemm hemm fatturi li jistgħu jaffetwaw l-komunikazzjoni bejn in-nies, hemm inqas ċans li jinħoloq kunflitt u li tikkomunika aħjar. 

Referenzi:

psychologytoday.com

apa.org

Mentalhelp.net

childdevelopmentinfo.com parentinged-org

Abigail Church is a Humanistic Integrative Counsellor who works with adults and children through counselling with Willingness. She can be contacted on abigail@willingness.com.mt or call us on 79291817.