Is-sezzjoni tiegħek magħna

Merħba

Nixtiequ nawgurawlek ta’ dan il-pass li għamilt u li bbukjajt sezzjoni.

Ġewwa Willingness, aħna kburin bil-kunfidenzjalità li noffru fis-servizzi tagħna. Allura aħna nippruvaw innaqsu l-ammont ta’ nies li tiltaqgħa magħhom, minn meta tibbukja l-appuntament sa meta tiltaqgħa mal-professjonist kemm jista jkun.

Il-Hub tagħna għandha żewġt ikmamar b’ħinijiet differenti għas-sezzjonijiet biex nippruvaw innaqsu l-kuntatt ta’ nies li jkun hemm fil-waiting room fl-istess ħin. 

Għandna receptionist virtwali, Jessica Lynn, li ser tiggwidak dwar xi trid tagħmel minn meta tkun fil-waiting area tal-klinika tagħna sa meta tiltaqgħa mal-professjonist.  

Il-wasla sal-klinika

L-indirizz tagħna hu Willingness Clinic, Triq Mikielanġ Sapiano, Ħaż-Żebbuġ ŻBĠ1807. Dan jinsab kisra ta’ kantuniera l-bogħod mill-Willingness Hub (Triq il-Qolla, Ħaż-Żebbuġ). Tista ssib id-direzzjonijiet kif tasal għal klinika fuq google maps hawn. Viċin il-klinika hemm spazju għal parkeġġ tal-karozza, pero nissuġerixxu illi tħalli ħin biżżejjed biex tipparkja bil-mod. Nisuġġerixxu illi tasal fil-klinika tagħna ħmistax-il minuta qabel l-ħin tal-appuntament. Il-professjonisti tagħna huma puntwali allura trid tħalli bizejjed ħin biex tipploka qabel l-appuntament.

L-Istennija

Il-klinika qiegħda fil-livell tat-triq u huwa aċċessibli anke bis-siġġu tar-roti. 

Nistednuk tidħol u tpoġġi fil-waiting area. Il-professjonist tiegħek jaf bl-appuntament tiegħek, u ser jiġi jilqek fil-ħin tal-appuntament. 

Sadanittant, tista tixrob ftit ilma. Għandna wkoll xi rivisti li tista taqra waqt li tkun tistenna. Għandna toilet li tista tagħmel użu minnu. Fl-waiting area ser tkun qed tisma sensiela ta’ mużika magħżula apposta waqt li tistenna. 

Miżata

Aħna ma nżommux il-miżata għal klinika. Il-miżata tal-professjonist diġa tinkludiha. 

L-Intake Meeting jiswa €30 u jdum madwar siegħa u nofs.  F’dan il-meeting wieħed mill-professjonisti tagħna ser isaqsi dwar l-istorja tiegħek u jara kif jista jqabbdek mal-professjonist li ser ikun jista jgħinek l-aħjar.  Il-professjonist jispjega t-terapija x’ser tinvolvi u jwieġeb xi mistoqsijiet li jaf ikollok.  B’dan l-appuntament ser tifranka l-ħin u l-flus mit-trattament tat-terapija. 

Jekk tiddeċiedi illi tkompli bit-terapija mal-professjonist, inti ser tiġi mitlub biex tħallas bil-quddiem għal-ewwel sezzjoni mal-professjonist.  Dan jassigura li l-professjonisti tagħna jibbukjaw klijent wieħed għal dak il-ħin u tnaqqas il-ħin tal-istennija fil-waiting room. Il-prezzijiet tagħna jvarjaw bejn €35 u €55 (li tinkludi l-miżata tal-klinika). Dan ifisser illi fl-ewwel laqgħa, inti tħallas għal-intake meeting u l-ewwel sezzjoni mal-professjonist, bil-quddiem. Jekk jogħġbok, agħraf li bħalissa qed naċċetaw pagament bi flus kontanti biss. 

Jekk tkun tixtieq tikkanċella l-appuntament tiegħek, jekk jogħġbok infurmana, tal-anqas 48 siegħa qabel l-appuntament.  Jekk tkun tixtieq tikkanċella l-appuntament tista tagħmel dan billi tikuntatjana fuq 79291817 u info@willingness.com.mt.

Il-professjonist tiegħek ser jiġi għalik fil-ħin tal appuntament tiegħek u jieħdok fil-kamra rispettiva għat-terapija. 

Jekk ikollok bżonn xi ħaġa, tiddejjaq xejn tkellemna,

Willingness Team