Ghaziz Matthew,
Jiena guvni ta’ 25 sena u ghadu qatt ma kelli relazjoni. Qed inhoss li m’ghandix cans ikolli tfajla ghax iktar ma nikber iktar insibha difficli.
X’nista’ naghmel?
Roderick
Ghaziz Roderick,
Din hi problema li ta’ spiss niltaqa’ maghha, specjalment hawn Malta. Jien nemmen li parti mir-raguni hi li ahna trabbejna fi skejjel ta’ sess wiehed u b’hekk hemm min isibha difficli jersaq lejn jew ikellem persuna tas-sess oppost.
Jien li nissuggerilek hu li tibda tattendi kemm tista’ gruppi taz-zghazagh. Sport; agenzija zghazagh; “youth centres”; u bosta ohrajn. Meta int qed taghmel dan qed thallat ma’ nies differenti li ghandhom l-istess interessi tieghek. Tmurs bl-idea li se tghabbi izda li se taghmel hbieb godda. Il-hbieb igibhu l-hbieb u iktar ma tkabbar ic-cirklu ta’ hbieb tieghek iktar se ssir taf nisa. Iktar ma ssir taf nisa iktar hemm cans li tiltaqa’ ma’ tfajla li tghogbok u li toghgobha.
Importanti li ssir taf lilek innifsek u anke forsi tahdem fuqek innifsek ma’ terapista halli titghallem thobb lilek innifsek. M’hemm xejn ghar milli tidhol f’relazjoni biex ma tkunx wahdek. Meta int tidhol f’relazjoni habba li biza’ li se tibqa’ wahdek hemm cans kbir li tispicca f’relazjoni bi bzonn minflok ghax trid. B’hekk tispicca ma’ persuna li ma thobbx u dan iwassal biex thossok iktar wahdek fil-futur.
Ahdem fuqek innifsek, ibqa’ kabbar ic-cirklu ta’ hbieb u iltaqa’ ma’ nies differenti.
Hu pjacir,
Matthew