Reading Time: < 1 minute

Jiena mara ta’ 65 sena u dan l-ahhar jien u r-ragel spiccajna wahedna d-dar.  It-tfal bejn qed joqghodu mal-partners taghom u bejn qedghin barra jistudjaw kollha hallewna u spiccawna wahdena d-dar.  Inhossu vojt kbir, specjalment minn mindu r-ragel u jien waqafna mix – xoghol.  Qisna qas ghandna skop ghal xix inqumu filghodu.  B’sahhitna izda qisna vojta.

Ghaziza,

Qed nisma’ li qiskom qedghin ghaddejin minn bidla kbira li hafna kopji anzjani tinkwetahom xi ftit.  Qisna nahdmu hafna u ninvestu l-hin u l-energija kollha taghna fix-xoghol u fit-tfal imbaghad meta t-tnejn ma jibqawx daqsek parti minn hajjitna jibqa’ ahna bhala kopja u ndividwi.  Il-problema tkun hafna ikbar meta l-kopja ma jkunux investew fir-relazjoni taghhom u ghalhekk qishom jispiccaw jghixu ma’ persuna li ilhom ma jiltaqghu maghha ghal xi 30 sena.  Din ghax l-identita’ ta’ kopja nkunu warrabniha u ma nvestejnix fiha.

Ghalhekk jien nissuggerilek tkun int li tikrea spazju fir-relazjoni taghkom fejn tergghu tibdew ssiru tafu lil xulxin.  Hrug, konversazjonijiet dwar hajjitkom: kemm individwalment u kemm bhala kopja, safar, u hobbies godda.  Dan jista’ jkun zmien tal-genn ghalikom.  Zmien fejn tistghu tkunu liberi li tgawdu l-flus li tant hdimtu ghalihom minghajr inkwiet u responsabiltajiet tat-tfal.

Tistghu taghmlu lista ta’ kull haga li kontu ghidtu li tridu taghmlu u tibdew taghmlu dawk li ghadkom bic-cans li taghmlu.  Qattaw naqra iktar hin fil-kamra tas-sodda.  Hafna kopji jergghu jiskopru l-xulxin sesswalment f’din l-eta’.  Kopji li huma fidili lejn xulxin mohhohm mistrih minn mard u anke mit-tqala, u ghandhom hafna iktar hin flimkien u inqas stress u ghalhekk ihossu li jkollhom l-isbah sess li qatt kellhom flimkien.

Dan jista’ jkun zmien vera sabih ghalikom it-tnejn.  Harsu lejn xulxin….intom irnexxilkom tghaddu minn hafna esperjenzi flimkien u tibqghu titqabdu mal-hajja bhala kopja.  Dan hu z-zmien li ticcelebraw dan u tgawdu dak kollu li batejtu ghalih.