Jiena ilni f’relazjoni ghal dawn l-ahhar sentejn ma’ tfajla li toqghod f’pajjiz iehor.  Nimmisjaha hafna u dan l-ahhar qed nifrustraw daqsxejn ruhna ghax qas ghadna nsifru ghax il-flus li ngemmaw nuzawhom f’titjiriet ghal ghand xulxin.  Nitkelmu hafna fuq Facebook u niccetjaw bil-whatsapp u gili anke skype izda dik li ma nistawx immorru fuq date jew inmissu l-xulxin qedgha ddejaqni u qed inhoss li qed nibda nghir ghal shabha.

 

Li jkollok mahbub/a fizikament il-boghod minnek mhi facli xejn.  Fl-istess hin meta mbaghad tiltaqaw hemm iktar emozjonijiet intensi minhabba li kopja li qeda f’dit-tip ta’relazjoni hafna drabi taprezza iktar il-mumenti flimkien.  Taprezza iktar kull tghanniqa u bewsa.  Kopja li tghix il-boghod taprezza iktar messagg ghax taf li meta tiftakar f’xi hadd meta qed il-boghod ifisser hafna iktar milli tiftakar f’xi hadd li jqum u jorqod mieghek.

Hi sitwazjoni iebsa izda tista’ tkun ecitanti.  Jiena s-soltu nissuggerixxi skype dates.  Bi skype dates nifhem li tiftehmu hin li tistaw tiltaqaw it-tnejn u tghamlu affarijit li tihdu pjacir taghmlu flimkien.  Tistghu it-tnejn iggibu take away u tifthu flixkun inbid.  Tinsewx li issa jekk se tifthu flixkun mhux se tkunu qed taqsmuh izda se jkolkom flixkun kull wiehed J

Permezz ta’ skype tista’ tilghab loghob flimkien, taraw films jew TV series flimkien.  Hemm bzonn tkunu kreattivi u tuzaw il-webcam u skype kif tistghu biex tnaqsu dik id-distanza kemm jista’ jkun.  Inti semmejt ukoll li mghadkomx issifru.  Iddiskutu tistghux darba kultant tiltaqghu f’pajjiz differenti.  Tistghu tihduha drawwa li kull 6 xhur tiltaqaw go belt differenti gewwa l-ewropa.  Jekk tadattaw ruhkom ghal budget li ghandkom u tkunu kreattivi tistghu tnaqsu d-distanza kemm jista’ jkun.  Fl-istess hin forsi wasal iz-zmien li tibdew tiddiskutu meta se tkunu fl-istess pajjiz.