Reading Time: 2 minutes

Matthew,

Jiena ragel ta’ 32 sena u dan l – ahhar qed inhares lejn hajti u nirrifletti dwar dak li rrid minn hajti.  Meta nhares lura ninduna li fejn jidhlu relazjonijiet ghaffigt fuq li ghaffigt.  Meta nitkellem ma’ ommi nara dik il – harsa ta’ dizappunt f’ghajnejha.  Inhoss li ghaddejt minn hafna esperjenzi f’hajti imma kollha hallew l – effett taghhom fuqi.  Izzewwigt zghir u z-zwieg ma hadimx.  Infatti kien zwieg vera qasir.  Kelli hafna relazjonijiet ma’ nisa differenti.  Habbejt u weggajt hafna.  Fl-istess hin naf li weggajt hafna nies ukoll.  Relazjoni wara l-ohra gawdejt izda halliet ferita fija li ma nafx kif nista’ nfieq minnhom.  Illum il-gurnata, jista’ jkun ghax qed inhoss li qed nikber, jew ghax hlief ritratti ta’ kopji u tfal ma sirtx nara fuq Facebook ta’ shabi, qed inhoss li wasal iz-zmien li nissetilja u naqsam il – kumplament ta’ hajti ma’ mara li thobni kif jien.  Nibza’ wisq li tant jien “damaged” li mpossibli li jkolli relazjoni jiena.

X’tahseb?

 

Nixtieq nibda billi minn qalbi nirringrazjak ta’ din l-email.  F’din l-email vera kont dirett u onest.  Inhoss li email bhal din tista’ tibghata persuna li hi onesta maghha nnifisha u persuna li qeda tirrifletti bis-serjeta’ dwar hajjtiha u r-relazjonijiet ta’ go fiha.

Dak li qed tghid hu kollhu minnu.  Nista’ nimmagina li meta persuna tkun ghaddiet minn dawn l-esperjenzi jkolla feriti li jhallu l –marki.  Jiddependi izda kif thares lejn dawk il – marki.  Tista’ tarhom bhala relazjonijiet li fallejt fihom inkella tifkiriet ta’ esperjenzi li ghixt u tghallimt minnhom.  Kull persuna li niltaqaw maghha f’hajjitna tghallimna kemm dwar il – hajja u kemm dwarna nfusna.  Ghalhekk int persuna li kapaci tikteb email bhal din.  Grazzi ghal dawk l – esperjenzi li int ghaddejt minnhom inti tista’ taghti hafna iktar lit-tfajla / mara li tqatta’ l-kumplament ta’ hajtek maghha.  Ghalhekk nistidnek li tibqa’ tirrifletti dwarek innifsek, hajtek u dawn l – esperjenzi li qsamt ma’ nisa differenti u, forsi anke b’ghajnuna profesjonali, tara ghala dawk ir-relazjonijiet hassejt li ma kienux tajbin ghalik.  Hafna drabi meta nharsu lura lejn relazjonijiet li ma hadmux nindunaw li dejjem morna ghal istess tip ta’ partner jew kelna l – istess tip ta’ problem.  Meta  nsibu dan il – pattern nistghu nifhmu ahjar x’tip ta’ partner jatrattana u ghala mmorru ghal dak it-tip.  Mbaghad tista’ tgharbel ftit dak it-tip jghoddx ghalik jew forsi tfittex relazjoni li se tghamillek iktar gid.

Hafna nies jahsbu li ragel jew mara li jmorru minn relazjoni ghal ohra ghax ma tistax tissetilja u tibza minn commitment izda gili jkun li persuna bhalek tant temmen fl-imhabba u relazjoni fit-tul li mhux lesta tissetilja ghal inqas minn relazjoni li tkun kuntent biha.

Kuragg u jalla ssib dik il – persuna li ghandek bzonn iktar milli dik li trid,

Matthew