Qed noħroġ ma’ ġuvni li, qabel kien miegħi, kien joħroġ ma’ raġel. Għall-bidu li qalli kont pjuttost interessata li nsir naf iktar. Pero issa li ilna iktar minn sena noħorġu flimkien, qed nibda nitħasseb dwar kif dan il-fatt jista’ jaffettwa r-relazzjoni tagħna b’mod negattiv. Dan għaliex qrajt kif ħafna jgħidu li jaf ma nibqax biżżejjed għalih, għax hu jkun irid ifittex li jkun ma rġiel oħra waqt li jkun miegħi.

Minn dak li qrajt, jidher li l-ġuvni tiegħek kien joħroġ ma raġel qabel beda relazzjoni miegħek. Issa li r-relazzjoni tagħkom qed tikber, inti qed titħasseb dwar kif dan jista’ jkun ta’ xkiel għar-relazzjoni tagħkom. Qabel inkompli bir-risposta tiegħi, tajjeb li niċċara punt li joħloq ħafna inċertezza: persuna li kellha relazzjoni passata ma’ xi ħadd tal-istess sess m’ihiex neċessarjament bisesswali. Irridu nikkunsidraw li jista’ jkun il-każ li din il-persuna kienet qed tesperimenta bis-sesswalita’ tagħha, jew inkella sempliċiment saret tħobb il-persuna l-oħra lil hinn mil-ġeneru tagħħa.

Biex nibni fuq dan l-ispunt, l-idea li persuna bisesswali trid ikollha x’taqsam persuni taż-żewġ ġeneri fl-istess żmien hi biss sterjotip. Dan għaliex kif ikklarifikajt fl-ewwel punt, persuna bisesswali tagħżel li tħobb il-persuna li tkun magħħa minkejja l-ġeneru tagħħa. Għaldaqstant, il-ġuvni li qed toħroġ miegħu issa inti jaf kien miġbud lejn persuna oħra fil-passat, iżda issa jinsab f’relazzjoni miegħek.

Għall-kuntlarju tal-idea tradizzjonali li persuni straight iħobbu nies ta’ sess oppost filwaqt li nies gay jinġibdu lejn nies tal-istess sess, persuni bisesswali jħobbu l-persuna għal dak li hi, u għaldaqtsant, il-ġeneru tal-persuna ma jitqisx. Mill-bqija, persuna bisesswali tesperjenza relazzjonijiet bl-istess mod li jesperjenzahom kull individwu ieħor; li tkun leali u tħobb lill-persuna li tkun magħha. Nagħmlu ħażin li naħsbu li l-bisesswalita’ tikkawża infidelita’ fir-relazzjonijiet. L-infidelita’ u nuqqas ta’ fiduċja fil-partners tagħna huma prodotti tar-relazzjonijiet li nkunu fihom, u tal-karattri taż-żewġ partners, u għaldaqstant, m’humiex riżultat tal-orjentazzjoni sesswali tagħna. Fl-aħħar nett, tajjeb li nagħrfu li filwaqt li persuna tista’ tkun attratta lejn ħabib jew ħabiba tagħha, dan mhux neċessarjament iwassal għal tiftix ta’ relazzjoni.

Kif ġieli enfasiżżajt f’każijiet oħrajn, il-komunikazzjoni f’relazzjoni hija importanti ħafna. Għalhekk, filwaqt li nifhem il-preokkupazzjoni tiegħek, nistiednek taqsam il-ħsibijiet tiegħek mal-partner tiegħek u flimkien aħdmu biex tkomplu ssaħħu r-relazzjoni ta’ bejnietkom.

Matthew Bartolo is a counsellor specialising in Sex & Relationships. He offers counselling to both individuals and couples, and runs the sex education services within Willingness. He can be contacted on matthew@willingness.com.mt or call us on 79291817.