Jiena raġel ilni miżżewweġ lill-mara issa fuq 10 snin u din l-aħħar sena ma nafx għaliex taha li meta jkollna x’naqsmu flimkien dejjem trid jew tagħmel xi ħaġa ġdida jew inkella tuża xi sex toy. Nammetti meta fil-bidu ġiet bl-idea kont pjuttost newtrali fuqha pero’ inkun qed nigdeb jekk ngħid li ma għenx lir-relazzjoni tagħna. Biss biss inħoss li sirna iktar komdi ma’ xulxin fuq dawn l-affarijiet. Pero’ qisu minn dak iż-żmien kull darba li jkollna x’naqsmu flimkien tkun trid bilfors li jew nużaw wieħed jew li nagħmlu xi ħaġa ġdida. Bdejt inħoss li qisu jien m’inix biżżejjed pero’ meta għidtilha hekk qaltli ‘u le!’. Jien personalment mhux konvint. Tista’ ttini parir?
Qiegħed nieħu gost nisma’ li sirtu iktar qrib xulxin pero’ napprezza li tkun tħossok ftit insigur dwar is-sitwazzjoni. L-użu ta’ sex toys ma jfissirx neċessarjament li sess miegħek mingħajrhom mhux biżżejjed avolja każi hek jeżistu. Il-fatt li hi qaltlek li mhux il-każ pero’ xorta tkun trid tużhom jaf ifisser li hemm xi raġuni oħra. Inħeġġek tikkunsidra ftit x’tip ta’ persuna hi martek: jista’ jkun li hija persuna li tħobb ħafna affarijiet ġodda? Forsi tħobb is-safar postijiet ġodda, jew jekk tmorru tieklu tħobb tvarja f’li tordna u tipprova togħmiet ġodda. Jekk hija dik it-tip ta’ persuna jaf ifisser li l-fatt li jkun hemm xi ħaġa mhux tas-soltu jeċitha u b’hekk taffetwa l-esperjenza tagħha.
Nistiednek pero’ li minflok issaqsiha jekk inti ma tissodisfahiex biżżejjed, issaqsiha għaliex tkun trid tużhom kull darba. Jiena nemmen li sakemm ma tweġġgħux u li ittejjeb l-esperjenza tagħkom, m’hemm xejn ħażin bl-użu ta’ sex toys. Pero’ naħseb importanti wkoll li t-tnejn li intom tkunu kompletament komdi bl-użu tagħhom. Importanti li t-tnejn li intom tkunu ċari fuq kif tħossukom. Ħudu ħsieb xulxin.
Matthew Bartolo is a counsellor specialising in Sex & Relationships. He offers counselling to both individuals and couples, and runs the sex education services within Willingness. He can be contacted on matthew@willingness.com.mt.
You can visit his profile on: https://zme.tec.mybluehost.me/willingnessmt/team/matthew-bartolo/