Li tgħid lil maħbuba ġdida tiegħek li inti persuna transeswali għal-ewwel darba tista’ jkun tal-biża’ u ta’ sfida kbira. Wieħed jista’ jibża’ li jiġi miċħud jew diskriminat minn persuna daqsekk importanti għalih. Madankollu, huwa importanti ħafna li tiftakar li int, bħala individwu trans, għelibt ħafna ostakli sabiex tkun tista’ tesprimi l-generu verament tiegħek. Huwa importanti ħafna għas-saħħa mentali tiegħek li int tkun imdawwar minn nies li jissaportjawk. Izda hija kruċjali immens li int ikollok l-appoġġ min dik il persuna li hemm il-potenzjal li tibni ħajtek magħha. Kull tip ta’ relazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il fiduċja u ir-rispett bejn iż-żewġ partijiet. Jekk wieħed iżżomm aliħ xi ħaġa kruċjali bħal din għal żmien twil tista’ tkisser il-fiduċja li is-sieħba tiegħek għanda lejk.

Huwa importanti li l-individwu transġeneru jispjega d-differenza bejn l-identità tal-Ġeneru u l-Orjentazzjoni Sesswali. Li tifhem id-differenza bejn dawn it-tnejn tista verament tgħin lis-sieħba tiegħek tipproċessa din l-informazzjoni. Kif wieħed jgħaraf il-kunċett tiegħu nnifsu, eżempju jekk huwx ta’ Mara, ta’ Raġel, ta ftit mit-tnejn jew l-ebda, huwa l-identita tal-Ġeneru tal-persuna. L-identità tal-ġeneru tal-individwu tista’ tkun l-istess jew differenti mis-sess genetiku li wieħed jitwieled bih. Filwaqt li l-orjentazzjoni sesswali ta ‘individwu hija dak s-sess li wieħed huwa attirata fiżikament lejh. Għalhekk, jekk individwu jgħaddi mill-proċess ta’ trasformazzjoni tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali tagħhom ma tiġix effettwata u allura jistgħu xorta ikunu attirati lejn l-istess individwi jew lejn l-istess sess. Dan jista’ jkun ta’ serħan il-moħħ għas-sieħba tiegħek.

Ċertu affarjiet li jistaw jgħinnuk:

Ħu nifs fil-fond

Din mhiex xi ħaġa faċli izda xi ħaġa li tista tqajjem sentimenti ta anzjeta kbira. Wieħed jista ikun bezzġħna ħafna dwar kif il-persuna l-oħra se tirreaġixxi. Wieħed għandu jieħu nifs il-ġewwa fil-fond u jitkellem mil-qalb. Jekk trid tifforma pedament sod ibbażata fuq il-fiduċja u eventwalment l-imħabba mal-għarusa l-ġdida tiegħek, għandek tibda billi tkun onest magħha u miegħek nnifsek. Afda fiha u li fl-ahhar mill-ahhar dak li ġej mill-intenzjonijiet twajba dejjem jitranġa ruħhom.

Kun lest twieġeb xi mistoqsijiet.

Jista’ jkun li l-għarusa tiegħek ma tanx tkun taf ħafna dwar il-kommunita tal-LGBTQ+, allura probabbilment ikollha xi mistoqsijiet. Huma ikunu qed istaqsu, mhux biex jippruvaw iċekknuk jew iwwaqaw l-identità tiegħek izda għax ikunu iridu jitgħallmu aktar dwar l-esperjenzi tiegħek u jifhmu min xiex tkun għaddejt. Hija importanti ukoll li int tinkuraġġixi lil-għarusa tiegħek biex teduka lilha nnfusa iktar fuq dan is-suġġett.

Kun ċert li għandek nies li jissaportawk

Kemm jekk huwa terapista jew xi ħbieb tal-qalb, kun żgur li s-sistema ta’ appoġġ tiegħek ma tinkludix lit-tfajla tiegħek biss. Tkun kemm tkun ta’ appoġġ lit-tfajla tiegħek, ma tistax tgħinek f’kollox. Hemm bżonn li hi ukoll jkollha s-sistema ta’ appoġġ tagħha.

Studji sabu li meta individwu jistqarr ma xi ħadd għal-ewwel darba informazzjoni bħal din tista’ tqajjem sentimenti ta’ xokk u konfużjoni għas-sieħba tiegħek. Ir-riċerka minn Platt u Bolland (2018), sabet xi kunsiderazzjonijiet komuni għal-imsieħba ta’ individwu transġenerali. Xi wħud huma, konsiderazzjonijiet b’intimità fiżika, seswali u emozzjonali, tħassib dwar is-sigurtà, it-tibdil fil-orjentazzjoni sesswali, kif ukoll apprezzament ġdid għall-ispettru tal-ġeneru. Studji juru li l-imsieħba ta ‘individwi transġeneru jerġgħu jikkunsidraw l-identitajiet sesswali tagħhom stess kif ukoll ir-relazjoni intima tagħhom. Skond ċertu studjuzi dan il-proċess jgħidulu ‘co-transitioning’. Dawn il-partners jistgħu jużaw dan il-proċess biex jikbru fir-relazzjoni u jifmu iktar il-ġeneru tagħhom stess. F’din ir-riċerċa jenfasizzaw l-importanza ta’ komunikazzjoni diretta u onestà dwar dawn il-bidliet li jistaw isseħu fir-relazzjoni. Il-komunikazzjoni tista’ ittejjeb il-funzjonament tal-koppja kif ukoll l-esperjenzi sesswali ta’ bejniethom. Komunikazzjoni tajba hija dejjem kruċjali għar-relazzjoni b’saħħitha, anke jekk din għadha fil-bidu.

Biex nikkonkludu, huwa importanti li tiftakar li tibqa’ kalm u li dejjem jikkomunika s-sentimenti tiegħek tajjeb mas-sieħba tiegħek. Għati is-sieħba tiegħek il-ħin li għandha bżonn biex taġġusta u tipproċessa din l-informazzjoni. Ma jimpurtax kif is-sieħba tiegħek tirreaġixxi għal din l-aħbarijiet izda ftakar li int bħala individwu transġeneru għelbet bosta ostakli biex tgħix verament kif tħossok l-iktar kuntenta. Kun kburi dik innifsek, dawwar lilek innifsek b’nies li jappoġġjawk u afda li fl-aħħar mill-aħħar li kollox jitranġa għal-aħjar.

Thea Falzon Scerri, student l-universita ta’ Malta fejn qed tistudja qed il-Psikoloġija filwaqt li qed taħdem bħala Childminder u voluntiera mal- Willingness.

Referenezi:

Platt, L., & Bolland, K. (2018). Relationship partners of transgender individuals. Journal of Soċial and Personal Relationships, 35(9), 1251-1272. 

Sexual orientation and gender identity definitions. (n.d.). HRC.https://www.hrc.org/resourċes/sexual-orientation-and-gender-identity-terminology-and-definitions

Marie, J. (n.d.). How to tell your girlfriend you’re transgender. KitschMix. https://kitschmix.ċom/tell-girlfriend-youre-transgender/