Fi ftit żmien ieħor, il-poplu jinsab ippreparat biex jagħti l-opinjoni tiegħu u jivvota lil min jixtieq jirrapreżentah fil-Parlament Malti, għal ħames snin li ġejjin. Għalhekk kull individwu għandu dritt li jisma u jevalwa l-impatt li ħallew il-partiti fl-aħħar ħames snin u l-pjanijiet tagħhom għal futur ġejjieni. Waqt li f’dan il-perjodu huwa komuni li jkun hemm opinjonijet u diskussjonijiet differenti u anke forsi negattivi, diversi riċerkaturi jsibu li dawn ir-reazzjonijiet joħolqu punti pożittivi biex isir azzjoni politika favur il-ġid tal-pajjiż.
Għalkemm l-involviment fil-politika hija waħda pożittiva, ħafna studji jiddiskrivu l-politika bħala sors ta’ stress kroniku fuq is-saħħa tal-bniedem. Din hija komuni meta wieħed jikkunsidra l-partiġjaniżmu fil-kultura Maltija, sew jekk wieħed iħaddan valuri ħomor jew valuri bluni. L-impatt tal-politika tikkawża diversi problemi fis-saħħa mentali, b’ħafna studji jsostnu sintomi ta’ għajja mentali, rabja inkontrollabli u ħsibijiet ta’ suwiċċidji.
Il-Politika u S-Sintomi Tagħha
Minbarra l-effett tiegħu fuq is-saħħa mentali, dan l-istress kroniku jista jżid ir-riskju fuq is-saħħa fiżika. Kif diġa semmejna, il-politika huwa sors ta’ stress kroniku u r-riċerka turi li jekk bniedem jiltaqa’ ma’ dan it-tip ta’ stress, jista’ jsib ruħu ibati minn diversi sintomi bħal żieda fl-uġigħ, ebusija fil-muskoli, għajja fiżika u nuqqas fl-irqad. Jekk dan tal-aħħar jkun kontinwu, wieħed jista’ jirriskja li jbati minn kundizzjonijiet kronċi bħal dawk relatati mas-sistema’ diġestiva, kif ukoll mas-sistema’ tal-qalb u ċirkulazzjoni.
Kif tista’ tegħleb l-effetti?
Filwaqt li dan is-sors kroniku joħloq effetti negattivi, diversi strateġiji jeżistu biex jnaqqsu l-emozzjonijiet ħżiena b’mod temporanju. Bħal kull stress kroniku, wieħed għandu jindirizza l-politika bħala sistema’ li diffiċli tinbidel u dejjem se tkun preżenti. Għalhekk wieħed għandu jaddatta biex jbiddel l-emozzjonijiet tiegħu b’żewġ strateġiji:
- Reappraisal – strateġija biex tinterpreta sitwazzjonijiet u tbidlilhom l-impatt fuq l-emozzjoni. Mod ta’ kif tista’ tagħmel dan hu li tfittex il-pożittiv f’baħar ta’ negattiv eżempju tapprezza dak li għandek, żgħira kemm hi zgħira l-affari.
- Distraction – strateġija biex tbiddel l-attenzjoni ‘l bogħod mis-sitwazzjoni. Mod ta’ kif tista’ tagħmel hekk hu billi taqra u tisma’ aħbarijiet u sorsi dwar affarijiet kurrenti oħra mhux biss dwar il-kampanja elettorali. Tista’ tagħmel dan wkoll billi tagħmel xi passatempi tiegħek jew tmur xi mixja.
Għalkemm dawn it-tekniċi jgħinu biex wieħed iħossu aħjar, huwa importanti li jkun hemm bilanċ. Dan sabiex wieħed iwassal il-messaġġ tiegħu fl-elezzjoni mingħajr ma’ jgħaddi minn stress fuq saħħtu. Jekk tħoss illi għandek tfittex xi għajnuna biex tieħu ħsieb saħħtek fdan il-perjodu, nissuġerulek titkellem ma professjonist li jista’ jgħinek f’dan iż-żmien.
Jekk tħoss il-bżonn li titkellem ma; professjonist fuq l-impatt tal-politika fuq is-saħħa tiegħek, tista’ tibbukja appuntament hawn.
Din il-blog ġiet miktuba mil-Willingness Team
Referenzi
Ford, B.Q. and Feinberg, M., 2020. Coping with politics: The benefits and costs of emotion regulation. Current Opinion in Behavioral Sciences, 34, pp.123-128.
Roche, M.J. and Jacobson, N.C., 2019. Elections have consequences for student mental health: An accidental daily diary study. Psychological reports, 122(2), pp.451-464.
Smith, K.B., 2022. Politics is making us sick: The negative impact of political engagement on public health during the Trump administration. Plos one, 17(1), p.e0262022.
Smith, K.B., Hibbing, M.V. and Hibbing, J.R., 2019. Friends, relatives, sanity, and health: The costs of politics. PloS one, 14(9), p.e0221870.