Reading Time: < 1 minute

Ghaziz Mr. M. Bartolo.

Ahna kopja mizzewga. Ilna mizzewgin ghal dan l-ahhar 10 snin u issa ilna sentejn nipruvaw ghat-tfal. Qed naqtaw qalbna ghax ghamilna hafna testijiet u kulhadd jghidilna li fizikament u medikalment m’ghandna xejn hazin. Dan l-ahhar hu qed isibha problema biex ikollu x’jaqsam u qishom il-problemi qed jeskalaw.

 

 

Nibda billi nirringrazjakom ta’ din l-ittra. Din hi problema li donnha qed tikber iktar ma jmur iz-zmien. Il-kawza hi difficli li wiehed isib x’inhi minn fuq ittra izda li nista’ nghid hu li ricerka u esperjenza turi li l-istress hafna drabi jwaqqaf gisem il-mara milli tinqabad tqila. Dan jidher iktar fic-car f’kopji li jinqabdu meta jieqfu jpruvaw ghat-tfal, gili anke wara li jkunu adottaw l-ewwel wild.

Il-gisem hu mekkinarju nteressanti hafna izda difficli biex tisfurzah jaghmel xi haga meta mhux lest ghaliha. Hafna drabi, f’dawn is-sitwazjonijiet li jigri hu li s-sess tant jigi xi haga sfurzata b’hin u pozizjonijiet li ma jibqax jinhass bhala att ta’ konnesjoni bejnitkom. Ghalhekk jien inhobb nissuggerixxi li tiqfu ghal ftit xhur milli tipruvaw ghat-tfal u tgawdu hin intimu flimkien b’rata iktar frekwenti. Naqsu ftit mill-genn tal-hajja ta’ kuljum u sibu hin flimkien ghal mixjiet fil-kampanja, xi satejn wahedkom fis-sodda, xi ikla tajba, xi naqra sport flimkien. Dan jghinkom tergghu tiftakru ghalfejn qedghin flimkien u ghala ffurmajtu familja. Wara kollox intom ga intom familja ghax sibtu lil xulxin.

Meta intom tergghu ssibu l-intimita’ u tirrilassaw flimkien ic-cans hu li r-ragel jerga’ jkun jista’ jkollu x’jaqsam ghax minn sess waqt l-ovulation ghal – koncepiment jerga’ jibda jesperjenza mhabba u tqanqil naturali. Minn azzjoni biex jiproduci l-isperma jerga’ jigi att ta’ pjacir u ghaqda bejnitkom.

Jalla ssibu cans tergghu tikrejaw dak l-ispazju bejnitkom fejn is-sess ifisser propju dan: pjacir u ghaqda.

 

-matt@willingness.com.mt