Nohlom hafna drabi dwar is-sess. Issa qed nibza’ li jien iffissat fis-sess u li mhux se nsibha facli biex naqbad ma’ tfajla u nibqa’ ghal dejjem maghha ghax dejjem inkun irrid esperjenzi godda ma’ nisa differenti. Fil-fatt jien zaghzugh kwiet li lanqas biss nitkellem doppju sens ahseb u ara nhares lejn it-tfajliet. Jista’ jkun li ghandi split personality?

 

Grazzi hafna ta’ din l-ittra.  L-fatt li inti ragel adult u m’ghandekx tfajla jista’ jkun li qed tghix il – fantaziji tieghek fil-holm tieghek.  Hu normali ghal adulti biex jghixu fantaziji li ma jistghux fil-hajja taghhom matul il – lejl permez ta’ holm.  Hemm min sahansitra jghid li ghalhekk noholmu.  L-holm qisu valv psikologiku fejn nehilsu minn certu xewqat, hsibijiet u nkwiet li jkolna.

 

Ir-rispett lejn il-partner li jkollok fil-futur ma jigix biss mill-fatt li ma tkunx lejali lejha sesswalment izda anke kif tithrattah/a.  Jien ninkuraggik tibda tiftah ic-cirku ta’ hbieb tieghek u ssir taf nies godda.  B’dan il – mod tiltaqa’ ma’ nisa differenti u jaf issib mara li maghha thossok komdu bizzejjed li tibda relazjoni.  Ladarba int tkun kuntent maghha u t-tnejn li intom tinvestu fir-relazjoni taghkom ma ghandekx ghalfejn tinkwieta li ma tkunx kapaci tissetilja.

 

Dawn il – fantaziji jista’ wkoll jigu minn hafna pornografija li tkun qed tara.  Dan jista’ jgaghlek thares lejn in – nisa b’mod differenti, specjalment jekk l-unika esperjenza li jkollok ta’ nisa hi dik tal-pornografija.  Ghalhekk nerga’ nheggek biex tiltaqa’ ma’ nies differenti u ssir taf lilek innifsek ahjar billi tikkomunika ma’ nies u nisa differenti.  Ma’ kull persuna li niltaqghu nitghalmu xi haga gdida jew insahhu xi haga li nafu dwarna nfusna.

 

Ghamel kuragg u inaqghad ma’ gruppi differenti u toqghodx tinkwieta wisq 🙂

 

Matthew

 

-matthew@willingness.com.mt