Tradizzjonalment, konna nużaw il-mudell mediku, iżda wara ħafna riċerka, r-riċerkaturi sabu li il-psikologija tagħna u s-soċjeta’ ta’ madwarna ukoll tagħmel impatt fuq is-saħħa fiżika tagħna. Fejn qabel ma konniex nagħtu ħafna importanza lis-still tal-ħajja jew l-edukazzjoni li jkollu l-pazjent fuq il-marda tiegħu issa nenfasizzaw l-importanza tagħhom.

Allura, la żiedna il-psikoloġija fl-ekwazzjoni biex intejbu s-saħħa fiżika tagħna, x’inhuma l-affarijiet li nista’ nagħmel jekk inbati minn Chronic Headaches?

Hemm tlett metodi li l-izjed jintuzaw fit-terapija għal-uġigħ ta’ ras kroniku. Dawn huma l-biofeedback, cognitive behavioural therapy (CBT) u t-tekniki ta’ rilassament. Pero ser insemmi ftit tekniki li inti tistgħa tagħmel mid-dar biex ittaffi l-uġigħ ta’ ras.

Tekniki ta’ Rilassament

Hawnhekk ser nniżżel tlett eżempji ta’ tip ta’ eżerċizzji li tistgħa tagħmel inti.

  1. Nifs Ritmiku: jekk tkun qiegħed tieħu nifs mgħaggel, prova naqqsu billi tieħu nifs qawwi l-ġewwa u l-barra. Preferibbilment għodd sa 5 int u tieħu in-nifs il ġewwa u l-barra.
  2. Nifs Viżwalizzat: sib post komdu fejn tkun tistgħa tagħlaq għajnejk. Immaġina li ma kull nifs qed toħrog lis-stress u idaħħal lura arja friska.
  3. Rilassament Progressiv tal-Muskoli: f’dan l-eżerċizzju l-ħsibijiet tiegħek irridu jiffokaw fuqek u fuq nifsejk. ħu nifs il-ġewwa u l-barra u waqt li qed tagħmel dan ibda jviżwalizza ġismek, aħseb fuq l-uġigħ ta’ ras jew fuq l-uġigħ li qiegħed tħoss. Kemm jistgħa jkun prova naqqas it-tenzjoni li qiegħed tħoss. Wara dan ibda billi idawwar rasek f’ċirku – importanti li jekk tħoss xi tip ta’ uġigħ ieqaf mal-ewwel. Waqt li tkun qiegħed idawwar rasek, huwa tajjeb jekk forsi timmaġina xi affarijiet sbieħ, forsi timmagina li qiegħed il-baħar jew fuq xi vaganza.

(Lava, 2019)

Cognitive Behavioural Therapy (CBT)

Din it-terapija hija użata biex tnaqqas mil-ħsibijiet u l-azzjonijiet negattivi li nagħmlu ta’ kuljum. Il-CBT tiffoka fuq bidliet ta’ azzjonijiet bħal, twaqqaf jew tibda tpejjep inqas, bidliet ta’ kif tħossok; bħal tikkontrolla l-anzjeta jew id-dwejjaq li qed jqabbdek l-uġigħ; u bidliet fuq kif taħseb, bħal tnaqqas il-ħsibijiet li tegħleb lilek inifsek bihom. Dawn il bidliet jgħinuk biex isaħħaħ is-saħħtek u biex tikkombati xi problemi mediki li jistgħa jkollok (ABċT, n.d.)

Biofeedback

Il-biofeedbackhuwa apparat elettroniku li jkejjel ir-rata tan-nifs, tal-qalb, it-temperatura tal-gilda u risponsi fiżiċi oħrajn. Dan r-rispons jigi ppublikat fuq monitor biex il-professjonisti jkunu jistgħu jaraw it-tibdiliet fil-gisem (Ratini, 2020). L-għan ta’ din il-magna hija biex inti tkun tista’ tannaliża x’qiegħed jgibek iżjed anzjuz jew stressjat. B’hekk inti flimkien mal-professjonisti tkunu tistgħu issibu modijiet kif tnaqsu l-anzjeta’ jew lis-stress. Matul it-terapija eżerċizzji għal rilassament tal-muskoli jew/u eżerċizzji tan-nifs jintużgħu (Ratini, 2020).

Jekk tħoss li l-mediċina mhijiex biżżejed ghal uġigħ ta’ ras kroniku li qiegħed tħoss, tajjeb li titkellem ma’ professjonista, bħal psikologista’ tas-saħħa biex tibda tagħmel xi eżerċizzji bħal dawn t’hawn fuq. Kif ukoll jekk għadek ma tkellimtx ma’ tabib, hawn ħafna professjonisti li jistgħu jgħinuk fil-qasam mediku. Bħal fiżjoterapista, speċjalista fil-mediċina għall-uġigħ u Terapisti tax-Xogħol.

Hawn taħt tista’ ukoll ssib lista ta’ affarijiet li tistgħa tagħmel mid-dar:

  1. Ixrob ilma sostanzjali
  2. Irranġa d-dawl b’mod li ma jdejqekx
  3. Tixrobx alkoħol
  4. Poġġi xi ħaġa kiesħa fuq rasek
  5. Kun żgur li qiegħed torqod biżżejjed

Katrina Farrugia  is a Masters student who works as a Childminder and Volunteer with Willingness.

Referenzi

Association for Behavioural and Cognitive Therapies. (n.d.). Abct fact sheets
headache. Retrieved 4th May, 2021, from https://www.abct.org/docs/factsheets/HEADACHE.pdf

Lava, N. (2019). Relaxation techniques for migraines and headaches. Retrieved 4th May, 2021, from https://www.webmd.com/migraines-headaches/relaxation-techniques/

Ratini, M. (2020). Overview of biofeedback. Retrieved 4th May, 2021, from https://www.webmd.com/pain-management/biofeedback-therapy-uses-benefits