“Int dejjem thalli l-banju mahmug warajk jaq!”; “Kemm int mahmug int a!? Xi hmieg ta’ banju thalli warajk!”. Kemm huma differenti dawn minn, “Vera nitqazzez nidhol fil – banju u nsib il-hmieg. Tista’ tibda tnadfu warajk?”.
Il-messagg hu l – istess izda l-ewwel zewg frazijiet qedghin jakkuzaw u jattakkaw waqt li l-ahhar wiehed qed jitkellem kif persuna qeghda thossha u ghalhekk l-enfasi hi fuq il –persuna li qed titkellem u mhux il-persuna li qed tisma’. X’inhi d-differenza? D-differenza hi li l-persuna li qedgha tisma’ mhux se thossha daqsek attakkata u ghalhekk iktar se tkun lesta tisma’ u tasal ghal – kompromess. Meta persuna thossha attakkata bla ma trid se tiprova tiddefendi l-punt taghha u ghalhekk hemm inqas cans li se tasal ghal kompromess.
Wiehed imbaghad gieli jdahhal genituri, relazjonijiet ta’ qabel, u hbieb biex ikompli jgharraq is-sitwazjoni. Kummenti bhal, “Rabbitek sew e ommok! Ara vera xejn sew! Possibli qatt ma ghalmitkom tnadfu l-banju warajkom?!” Kliem fierah bhal dan mhux talli ma jaghmilx gid izda jaljena lil partner minn dak li vera hu mportanti. L-messagg hawn hu li l-persuna li qed titkellem mhux tiehu pjacir li l-partner qed ihalli l-hmieg fil – banju. Kliem fierah jista’ jigi meqjus bhala attakk u hemm fejn inkunu qed nistidnu l-pika. Flok l-messagg jasal b’mod san u t-tnejn jaslu biex jiddiskutu l-problema u jaslu ghal soluzjoni, kumment bhal dan ikun qed jistiden reazjoni negattiva li tista’ teskala s-sitwazjoni ghal hafna wegghat u kliem kattiv.
Dejjem mportanti li nibdew dak li nixtiequ nghidu billi nenfasizzaw kif is-sitwazjoni qedgha ggaghlna nhossuna. B’hekk qed niprezentaw il-problema lil – partner taghna u mhux ordni. B’dan il-mod qedghin nistmaw lil persuna l-ohra ta’ adulta u b’hekk hemm iktar cans li jkolna konversazjoni u reazjoni matura. Iktar ma nibqghu kalmi u nitkelmu mill-ewwel iktar hemm cans li jkolna energija nitkelmu bhan-nies. Min-naha l-ohra jekk nibqghu nzommu ghal xhur shah u dejjem ingergru wahedna meta nisplodu se nahsdu lil partner taghna u r-reazjoni taghna tant se tidher esagerata li mhux se jiehduna bis-serjeta’. Ghalhekk jien qed nistidinkom titkelmu meta xi haga ddejaqkom u titrattaw lil xulxin b’rispett u kawtela’.
-matthew@willingness.com.mt