Nohlom hafna drabi dwar is-sess. Issa qed nibza’ li jien iffissat fis-sess u li mhux se nsibha facli biex naqbad ma’ tfajla u nibqa’ ghal dejjem maghha ghax dejjem inkun irrid esperjenzi godda ma’ nisa differenti. Fil-fatt jien zaghzugh kwiet li lanqas biss nitkellem doppju sens ahseb u ara nhares lejn it-tfajliet. Jista’ jkun li ghandi split personality?
Grazzi hafna ta’ din l-ittra. L-fatt li inti ragel adult u m’ghandekx tfajla jista’ jkun li qed tghix il – fantaziji tieghek fil-holm tieghek. Hu normali ghal adulti biex jghixu fantaziji li ma jistghux fil-hajja taghhom matul il – lejl permez ta’ holm. Hemm min sahansitra jghid li ghalhekk noholmu. L-holm qisu valv psikologiku fejn nehilsu minn certu xewqat, hsibijiet u nkwiet li jkolna.
Ir-rispett lejn il-partner li jkollok fil-futur ma jigix biss mill-fatt li ma tkunx lejali lejha sesswalment izda anke kif tithrattah/a. Jien ninkuraggik tibda tiftah ic-cirku ta’ hbieb tieghek u ssir taf nies godda. B’dan il – mod tiltaqa’ ma’ nisa differenti u jaf issib mara li maghha thossok komdu bizzejjed li tibda relazjoni. Ladarba int tkun kuntent maghha u t-tnejn li intom tinvestu fir-relazjoni taghkom ma ghandekx ghalfejn tinkwieta li ma tkunx kapaci tissetilja.
Dawn il – fantaziji jista’ wkoll jigu minn hafna pornografija li tkun qed tara. Dan jista’ jgaghlek thares lejn in – nisa b’mod differenti, specjalment jekk l-unika esperjenza li jkollok ta’ nisa hi dik tal-pornografija. Ghalhekk nerga’ nheggek biex tiltaqa’ ma’ nies differenti u ssir taf lilek innifsek ahjar billi tikkomunika ma’ nies u nisa differenti. Ma’ kull persuna li niltaqghu nitghalmu xi haga gdida jew insahhu xi haga li nafu dwarna nfusna.
Ghamel kuragg u inaqghad ma’ gruppi differenti u toqghodx tinkwieta wisq 🙂
Matthew
-matthew@willingness.com.mt