Min jaf kemm -il darba smajna il-frażi ‘iktar ma tkun qalbek tajba iktar taqla’ fuq wiccek’. F’xi mument jew ieħor żgur smajna lil xi ħadd, jekk mhux aħna stess, juża din il-frazi sabiex jesprimi d-diżappunt li jkun esperjenza. Ħafna drabi dan id-diżappunt jkun marbut mal-fatt li l-persuna ma ħassux smat jew apprezzat biżżejjed ta’ dak li jkun għamel għal ħaddieħor. Ta’ min wieħed jsemmi li ġeneralment il-persuna li tasal tesprimi ruħha b’dan il-mod titkellem ukoll dwar in-nuqqas t’abilta’ li żżomm lura milli tkun dejjem minn ta’ quddiem biex tgħin lil ħaddieħor. ‘Ma nitgħallem qatt’ – frażi tipika li tintuża meta l-individwu ma’ jħossux validat.
Xi jkun qed jiġri meta l-persuna jkollha tendenza li minkejja n-nuqqas t’apprezzament tibqa’ disponibbli żżejjed għal dawk ta’ madwarha? U tinsa l-bżonnijiet tagħha. Meta l-persuna tinnotta li dan ta’ l-aħħar jibqa’ jirrepeti ruħu minkejja li ġġarrab uġiegħ; huwa/ hija mħeġġeġ/ ġa tirrifletti dwar dak li qed jiġri. U f’dan il-mument il-persuna jista’ jkollha bżonn tirrikorri għal-għajnuna professjonali. Speċjalment jekk dan l-aġir jkun qed jħalli impatt negattiv fuq is-saħħa psikoloġika tal-individwu. Il-professjonist għandu t-taħriġ neċċessarju sabiex jissaportjak matul dan il-proċess.
Ir-raġunijiet għala il-persuna tħoss il-bżonn li tibqa’ tgħin minkejja dan li semmejna iktar ‘il quddiem huma varji. Ħafna drabi kull persuna jkollha esperjenza unika għaliex ġġib ruħha b’dan il-mod. Mil-banda l-oħra tiltaqa’ m’ individwi li jirnexxielhom jsibu bilanċ bejn kemm jkunu lesti jgħamlu sagrifiċċji għal-oħrajn. Xi drabi il-persuna tibda tissielet sabiex ssib dan il-bilanċ wara numru ta’ diżappunti mil-persuni importanti għalih jew għaliha. Importanti li nsemmu li l-proċess sakemm l-individwu jikseb il-bilanċ huwa personali u għaldaqstant dan jgħamlu wieħed uniku għal kull peruna.
Fix-xogħol tagħna niltaqgħu ma’ persuni li mbikkma jistaqsu għala ma jirnexxielhomx jsibu l-kuraġġ jgħidu le. Speċjalment meta jkunu mitlubin jgħatu għajnuna lil dawk li f’sitwazzjonijiet tal-passat naqsu milli juruhom apprezzament xieraq. Jidher li hemm assoċċjazzjoni bejn li wieħed ma jkunx kapaċi jgħid le u li wieħed jfittex l-approvazzjoni tal-oħrajn. Dan jmur lura għal meta nkunu tfal, xi mkien nkunu ħadna l-messaġġ li jekk ma nġibux ruħna b’ċertu mod jista’ jaffettwa kemm nirċievu mħabba. Minkejja li l-ġenituri/ kuraturi tagħna jkunu għamlu ħilithom biex jrabbuna minn l-aħjar li jistgħu, dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jseħħu. Kultant nsibu ruħna ngħidu iva għal affarijiet li mhux neċċessarjament xtaqna, naċċettaw stediniet minn nies li ma tantx nħossuna komdi magħhom fost ħafna oħrajn. Dan ngħamluh għax nemmnu li hu mistenni minna li ngħidu iva, għax hekk suppost, jew għax xi ħadd għażiż għalina jkun talabna, jew għax dejjem hekk għamilna. Mhux għax verament nkunu nixtiequ ngħidu iva. Wara li jiġri hekk hemm probabilta’ kbira li nħossuna mdejqa.
Jekk jħoss il-bżonn l-individwu jista’ jesplora flimkien mat-terapista x’qed jwassal sabiex dan iċ-ċiklu jibqa’ jirrepeti ruħu minkejja li l-persuna tħossha mdejqa meta tgħid iva lil kollox u lil kulħadd. Wieħed jesplora x’qed jigwadanja minn dawn iċ-ċirkustanzi; il-valuri li trabba fihom il-persuna; it-twemmin kif ukoll l-istima li l-individwu jġorr tiegħu nnifsu. Hemm prezz psikoloġiku xi nġorru jekk dejjem ngħidu iva bħal- relazzjonijiet ħżiena, anzjeta’, stress u dipressjoni.