Ilni mal-partner tieghi ghal dan l-ahhar 4 snin u ghal dan l-ahhar qed niltaqa’ ma’ kollega tieghi wara x-xoghol. Lil partner tieghi nhobbu hafna u ma nimmaginanix nghix minghajru izda mal-kollega nhosni li nista’ nkun jien. Nidhqu, niehdu pjacir u nitkelmu dwar kollox. Il-kollega jaf bil-partner izda l-partner m’ghandhux idea li qed niltaqa’ mal – kollega tieghi u vera jwegga’ jekk isir jaf. Issa l-kollega qed igaghlni naghzel u ma nafx x’ser naghmel.
Din hi sitwazjoni difficli hafna ghax mid-dehra tieghek thoss li tobb lit-tnejn li huma. Min-naha thossok marbuta mal-partner ghax hemm storja u ghax thobbu hafna; min-naha l-ohra l-kollega jofrilek dak il-post fejn tista’ tkun int u titkellem fuq kollox.
F’dan is-sitwazjoni jien dejjem nissuggerixxi li tqatta’ naqra hin wahdek u tirrifletti dwar iz-zewg relazjonijit u ghala thoss il – bzonn li jkollok ir-relazjoni l-ohra. Biex nispjega ahjar: waqt li tahseb dwar ir-relazjoni mal – partner tieghek ahseb x’setgha wassal li tibda tiltaqa’ mal – kollega. X’kien hemm nieqes fir-relazjoni biex fittixtha barra minn dik ir-relazjoni. U waqt li qed tahseb inti kif thossok u xi thobb mil-kollega prova rrifletti ftit dwar xi jzommok mal – partner jekk ma’ dan thossok tant tajjeb.
Hafna drabi, izda mhux dejjem, tinduna li jew hemm xi haga nieqsa mir-relazjoni ewlenija (dik mal-partner) u ghalhekk fittixtha x’ imkien iehor, jew inkella l-ebda wiehed ma jtik dak kollu li vera tixtieq u ghandek bzonn.
Ovjament jien qed nirrispondi dil-mistoqsija bmod generali minhabba li ma naf la lilek u lanqas lil partners tieghek. Hi decizjoni vera difficli u li ghandek tiehu bis-serjeta’ ghax meta inti se taghzel xi hadd se jwegga’ zgur. Hu hsieb tieghek innifsek u tan-nies li ghandek f’hajtek u li thobb. Dan tista’ taghmlu billi tkun onesta’ kemm jista’ jkun u ma ddumx biex taghmel did-decizjoni.