Huma safe?
Meta naħsbu fil-festivals, hija realta’ li huma post fejn ikun hemm bejh tal- alkaħol u preżenza ta drogi. L-ewwel ħaġa li trid issaqsi hija jekk it-tifel jew tifla għandhomx l-eta’ fejn jistgħu jattendu dan il-festival mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn adult. Ħafna festivals ma jippermettux dħul għal persuni taħt 17 il-sena. Għalkemm ikollhom il-fuq min 17 il-sena xorta waħda ħafna ġenituri jibżgħu li l-atmosfera tal-festival u affarijiet bħal peer pressure jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet fejn it-tfal jispiċċaw jixorbu żżejjed jew jippruvaw xi droga. Wieħed irid iqis ukoll li fil-folla tista tkun iktar diffiċli biex iċċempel jew issaqsi għal għajnuna.
Ftakar illi inti taf it-tfal tiegħek u x’maturita għandhom aħjar minn ħaddieħor. Mhux kulħadd ta’ 17 il-sena għandu l-istess maturita biex jlaħħaq ma ċertu sitwazzjonijiet u mal peer pressure. Fattur importanti ieħor huwa il-ħbieb. Jekk m’intix kuntent bil-kumpanija tat-tfal li ser jkunu magħhom, jista jkun li jkollok tgħid le.
Alkoħol, drogi u sess
Dawn huma it-tlett affarijiet li jinkwetaw bosta ġenituri. Għalkemm jistgħu jkunu suġġetti diffiċli, importanti ħafna li ttkellmu dwarhom mat-tfal, speċjalment jekk it-tfal tagħkhom m’għandhomx esperjenza fuq is-suġġett. Anke jekk tħossukhom skomdi, li tikkomunika u li ittihom l-informazzjoni t-tajba, huma ferm aħjar milli jisimgħu informazzjoni jew eżempju ħażin. Dan minħabba li l-peer pressure mingħand il-ħbieb jista jkun ta’ influwenza kbira fuq it-tfal.
L-affarijiet li tajjeb ikunu jafu
Matul il-festival, speċjalment hemm atmosfera li żżommok attiv, u faċli li wieħed ma jixrobx biżżejjed ilma u jiġi dehydrated. F’dan il-każ, jistgħu jiżdiedu l-effetti negattivi tad-drogi jew l-alkoħol.
Minħabba li l-post mudlam u ffullat u il-mużika tkun tgħajjat, importanti li l-ħbieb jibqgħu viċin bħala grupp fil-każ li xi ħadd jħossu ħażin. Jekk le hemm ir-riskju li ma jindunawx jekk xi wieħed minnhom jħossu ħażin minħabba użu ta’ alkoħol jew drogi.
Importanti li t-tfal jifhmu li mhux kulħadd onest u li d-drogi illegali, speċjalment f’dawn il-postijiet jistgħu jkunu miżjudin b’affarijiet oħra li jgħamluhom iktar perikolużi mis-soltu.
Fakkruhom fuq kif għandhom jipproteġu lilhom innfushom minn mard sesswali u tqala.
Meta tkellmuhom
Saqsuhom, xinhu il-pjan tagħhom ta kif ħa jieħdu gost u jibqgħu safe. Tuhom eżempji u saqsuhom kif ser jgħidu “le” għal sustanzi. Uruhom b’mod ċar, li l-użu ta drogi mhuwiex permess min naħa tgħakhom.
Saqsuhom ma’ min ser ikunu u aqblu fuq il-kundizzjonijiet biex jattendu.
Tajjeb li tkun iltqajt mal-ħbieb li ser ikunu hemm, li taf min huma u li għandek fiduċja li huma ħbieb li ċapaċi jħarsu l-xulxin. Importanti li jekk ser tgħid le, turi lit-tifel jew tifla li qed tifimhom u tispjega sew ir-raġunijiet tiegħek.
Għidulhom is-sintomi ta xi ħadd b’overdose. Dawn jinkludu: diffikulta bin-nifs, uġiegħ fis-sider, li tintilef min sessik, irrimettar, deni, imġieba mhux tas-soltu bħal paranojja u konfużjoni kif ukoll li wieħed jiċassa. F’dawn il-każijiet fakkruhom iċemplu għal-ambulanza jew jekk hemm għajnuna medika fuq il-post.
Iddiskutu jekk tistgħux tilħqu kompromess pereżempju dwar il-ħin u t-tul taż-żmien li ser iqattgħu hemm, dak li hu permess u dak li mhuwiex.
Jista jkun li tiddeċidu tattendu il festival ukoll u tkunu fil viċinanza. Jekk qatt m’attendejtu festival, tkun ideja tajba li titkellmu ma familji oħra li attendu biex tkunu tafu iktar x’ser issibu kemm it-tajjeb u kemm il-ħażin.
Uruhom li jekk jiġri xi ħaġa jew jekk jidħlu f’xi problema anke jekk ma żammewx mar-regoli, li jistgħu iċemplulkom għal-għajnuna u jekk għal xi raġuni iħossuhom skomdi jistgħu jitilqu ikun x’ħin ikun. Il-fatt li jistgħu jafdawkom u joqodu fuqkom bħala ġenituri tista tgħamel differenza kbira.
Willingness Team