L-imhabba tezisti?
Bdejt nitkellem ma’ guvni fuq Facebook ftit tax-xhur ilu u vera jghogobni. Hu jidher interessat u anke qalli biex nibdew nohorgu flimkien izda nibza’ li nwegga’. L-imhabba tezisti? Jiena Ghandi 14 u meta kelli 9 ommi u missieri sseparaw. Kellhom relazjoni vera difficli u dejjem jiggieldu.
Kemm hi mistoqsija komuni din li qed taghmel. Sfortunatament, ahna l-adulti ma tantx naghmlu reklam sabih lil imhabba. Ghandna hafna cajt fejn nirridikolaw lil dawk li se jizzewgu. Cajt bhal “se titghallaq”; u “ahjar ghomrok il – habs”. Biex taxxaqa l-maggoranza tal – genituri jiggieldu quddiem it-tfal izda rari jaghmlu paci quddiemhom. Kultant anke kif nitkelmu ahna l-adulti quddiem iz-zghazagh ma tantx jaghmel gieh lir-relazjonijiet. Hemm ukoll ir-realta’ li kopja li tissepara taghmel iktar hoss minn kopja li qedghin kuntenti flimkien. Darba smajt qawl li jghid li sigra taqa’ fil foresta taghmel hafna iktar hoss minn dawk is-sigar kollha li qed jikbru u jitwalu kuljum. Il-fatt li r-relazijoni tal- genituri ma kinitx wahda felici u spiccat f’separazjoni jaf ghalik tikkonferma l-fatt li r-relazjonijiet jaf ma jahdmux. Dan hu minnu li hemm relazjonijiet li ma jahdmux izda hu minnu ukoll li hemm hafna li jahdmu. Hares madwarek u ahseb ftit dwar nies li taf inti personalment li ilhom f’relazjoni. Forsi xi hbieb, zijiet, nanniet, forsi xi relazjoni li l-genituri tieghek stess qedghin fiha.
Fl-eta’ tieghek importanti li ssir taf nies differenti. Meta inti tiltaqa’ ma’ nies differenti se tikber bhala persuna u titghallem iktar dwarek innifsek. Titghallem ma’ liema tip ta’ nies tingwalaha l-iktar, kif tghagixxi f’relazjoni u x’qedgha tfittex f’relazjoni. Mhux kull relazjoni li ser tkun fiha se tibqa’ ghal dejjem izda mportanti li tghaddi minn relazjonijiet bhal dawn biex taprezza iktar ir-relazjoni li tkun it-tajba ghalik. Ghalhekk hu mportanti li dejjem turi rispett kemm lil persuna l-ohra u lilek innifsek f’kull relazjoni li jkollok. B’dan il-mod meta tiltaqa’ ma’ dik il-persuna li maghha thossok komda ma jkollokx wisq wegghat minn relazjoniijet ta’ qabel li jafu jcajpru kif thares lejn dik ir-relazjoni.
Ghix il-hajja u kun miftuha ghal-imhabba. Ibqa’ certa li meta tigi se tinduna,
Matthew