Jiena tfajla ta’ 25 sena u ilni f’din ir-relazjoni mal – partner tieghi ghal dan l-ahhar sentejn. Kif nista’ naghti pjacir lil partner tieghi?
Nixtieq nibda billi nirringrazjak ta’ din l-email. Din hi mistoqsija li jsaqsuha hafna. Hafna huma dawk li jixtiequ jaghtu pjacir lil partner taghhom. Dan jista’ jkun ghal ragunijiet varji. Kultant inhoss li jew ghax mahnix mghalmin bizzejjed jew ghax ghandna impresjoni li s-sess hu biss teknika u xi haga li naghmlu lil xulxin. It – teknika tghallem hafna u biex wiehed isir jaf it-teknika mportanti li jifhem kif jahdem il-gisem u fejn hu sensittiv u fejn mhux. Inhoss li hawn hu fejn hafna forsi jizbaljaw. Hu mportanti li wiehed jaqra u jitghallem dwar il-gisem u x’jaghti pjacir izda hu iktar importanti li nsaqsu lil partners taghna x’ ihobbu. Dan ghax kulhadd hu differenti u billi l – maggoranza tan – nies ihobbu haga ma jfissirx li l-partner t/jhobb l-istess.
Ghalhekk jien nissuggerixxi li fil-waqt li forsi taqra xi ftit dwar il – gisem tistaqsi lil partner tieghek. Is-sess mhux haga li naghmlu lil xulxin izda hu spazju li kopja tidhol fih flimkien. Dan ghandhu jkun spazju fejn it-tnejn tkunu liberi tesprimu l-imhabba li ghandkom ghal xulxin billi tikunu vicini fizikament. S-sess meta jkunu f’relazjoni stabli jista’ jkun l-ispazju fejn il-kopja ma thossx il – presjoni tal-hajja anzi fejn jistghu jkunu huma nfushom. Metaforikament go dan l-ispazju intimu l-kopja mhux tinza biss il-hwejjeg taghha izda anke l-maskri u rwolijiet li nuzaw fil-hajja ta’ kuljum. Ghalhekk f’dan l-ispazju nistghu nsibu l-assigurazjoni li l-partner ihobna u jaccettana kif ahna.
Ibda konversazjoni mal-partner tieghek fejn tistghu titkelmu dwar x’jogghobkom u x’tixtiequ. Ghalmu dwar gisimkom lil xulxin u ccelebraw ir-relazjoni taghkom permezz ta’ din l-intimita’ fizika.
-matthew@willingness.com.mt