Safra tista tkun esperjenza pożittiva immens jekk wieħed jħares lejn is-safra bħala mezz ta rilassament biex tgħinu jsaħħah lilu nnifsu biex jerġa lura għal ħajja ta’ kuljum wara li ttem is-safra. Imma jekk wieħed juża s-safar bħala mezz kif jiprova jelimina d-dwejjaq f’ħajtu, ħa jsib ruhu f’sitwazzjoni li l-problemi tiegħu ha jkomplu jiżdiedu minflok jonqsu. Meta wieħed jipprova jevita l-problemi billi ma jitkellimx fuqhom jew jiprova jinsihom, fil-verita l-problemi jistgħu jiggravaw. Kif ukoll meta wieħed jipprova jevita l-problemi billi jevita l-konfrontazzjoni din tista tikkawża l-individwu li jħoss sintomi ta’ anzjeta u depressjoni.

Meta wieħed qed jgħaraf li qed jgħamel dan it-tip ta għaġir jkun ta benefiċċju jekk l-individwu jieqaf u jaħseb ftit għalxiex qed jagħmel dan it-tip ta għagir. X’qed jżommok lura milli taffaċja l-problemi b’mod li huwa iktar effettiv fil-ħajja tiegħek? Fil-verita hemm ħafna affarijiet li jistgħu jkunu qed jżommu l-persuna lura milli tindirizza l-problemi tagħha b’mod dirett bħal perezempju:

  • Problemi ta’ konfrontazzjoni
  • Anzjeta
  • Problemi ta komunikazzjoni effettiva

Wieħed jista jipprova jaffaċja l-problemi billi jitkellem mal-persuna billi jinkludi l-emozzjonijiet li jkun qed jħoss, bħal perezempju:

Jiena nħossni ……

Meta inti……….

Għax għalija jfisser…………

Xi drabi wħud jibżaw li se jiġri l-agħar ħaga li għandhom fl-imaġinazzjoni tagħhom meta ħa jitkellmu mal-persuna l-oħra. Nixtieq nistieden l-individwu li qed jaqra dan il-blog biex jipprova jesperimenta billi titkellem fuq l-affarijiet li qed jdejquk. Li jiġri is-soltu hu li meta wieħed jitkellem, l-esperjenza ma tkunx tedjanti daqs kemm wieħed jaħseb. Jekk wieħed qed jħoss, li għalkemm qed jipprova jitkellem fuq dak li jħoss, imma xorta l-anzjeta u d-dwejjaq qed jkomplu jiżdiedu, forsi hemm bżonn l-intervent ta professjonist tas-saħħa mentali.

https://www.psychologytoday.com/intl/blog/ambigamy/201704/face-it-versus-escapist-coping-strategies

Karl Grech is a counsellor. He offers counselling to both individuals and couples within Willingness. He can be contacted on karl@willingness.com.mt or call us on 79291817.