Iddecidejt li minhabba li rcivejt hafna korrispondenza ssaqsi dwar komunikazjoni u l-ahjar mod kif wiehed jista’ jikkomunika mal-partner tieghu se nghaqqadhom kollha f’daqqa u nikteb dwar il-kommunikazjoni fil-publikazjonijiet li gejjin.

Nisma’ hafna nies jghidu “ghax missu jaf”; “missha ndunat”; “ilna 20 sena flimkien, nkun naf x’qed jahseb.”  Meta nisma hekk nistaqsi kif jista’ jkun ahna l-umani li tant ahna kreaturi komplessi u dinamici, nistghu nipretendu li haddihor, hu min hu, jista’ jkun jaf x’qed nahsbu l-hin kollu.  Vera l-partners taghna jsiru jafuna sew biz-zmien izda hu vera wkoll li ahna ninbidlu u l-hsibijiet u xewqat taghna jizviluppaw.

Ghalhekk jien nemmen, u r-ricerka turi, li meta kopja qed tikkomunika b’mod regolari ghandha cans ikbar li tghix hajja b’sahhitha flimkien.  Sfortunatament xi kopji jispiccaw jikkomunikaw biss dwar facendi, tfal, flus u problemi.  Meta jigri dan ma nistghux nihduha bi kbira li l-partner taghna jibda jahrab ic-cans li nitkelmu.  Jekk kull darba li navvicinaw lil partner taghna ahna naghmlu dan biex nfakruha thallas xi kont, taghmel xi qadi u kemm ghad fadlilna dejn mal-bank hu mistenni li l-partner taghna se tibda tibqa’ x-xoghol fit-tard u ssib kull skuza biex iddum ma tigi d-dar.

Hi responsabilta’ tat-tnejn li nzommu l-konnesjoni bejnha u l – partner taghna ta’ mahbubin.  Iktar ma’ relazjoni tikber u tizviluppa iktar nibnu konnesjonijiet u rwolijiet differenti flimkien mal – partner taghna.  Hafna drabi nibdew bhala mahbubin jew hbieb u iktar ma jmur inzidu konnesjoni ta’ nies li nghixu flimkien / mizzewgin; nidhlu ghal dejn flimkien; insiru genituri; u hafna ohrajn.  Pero kultant ninnota li hafna huma dawk il – kopji li minhabba l – hajja li jazlu li jghixu jibdew jinsew u jinjoraw il-konnesjoni primarja: dik ta’ mahbubin.  Ghalhekk nixtieq nibda din is – sensiela ta’ kitbiet billi nishaq kemm hu mportanti li matul il-gurnata, jew ghallinqas matul il-gimgha nsibu hin fejn nistghu nsahhu il-konnesjoni ta’ mahbubin, li wara kollox hi l-pedament ta’ kull konnesjoni ohra.

 

-matthew@willingness.com.mt