Ghaziz Matthew,

 

Qed niktiblek ghax ninsab vera nkwetata li t-tifla z-zghira ta’ 15 il-sena qedgha tkun attiva sesswalment mal-boyfriend taghha ta’ sena u nofs.  Tahseb li hu z-zmien fejn inkellimha dwar dawn l-affarijiet?

 

X’parir ittini?

 

 

 

Jiena nahseb li hemm cans kbir li t-tifla tieghek qedgha tkun attiva sesswalment mal-boyfriend taghha.  B’attiva sesswalment ma nfissirx biss penetrazjoni imma anke affarijiet ohra bhal tghanniq, bews u foreplay.

Idealment bdejtu tghalmuha dwar “dawn l-affarijiet” ghaxar snin ilu.  B’edukazjoni sesswali jiena nifhem rispett lejha nnifsiha bhala persuna u rispett lejn nies ohra.  Mod kif tikkomunika ma’ haddiehor u kif taqsam dak li qedgha thoss.  Ricerka turi li tfajliet u guvintur li ibaghtu’ minn stima baxxa taghhom nfushom u nuqqas ta’ kunfidenza fi prospetti ta’ karriera fil-futur huma iktar bic-cans li jibdew ikunu sesswali ta’ eta’ zghira.

Jiena nheggek biex tpoggi bil-qeghda maghha, jew forsi tghid lil xi had minn hutha jekk hi thossha iktar komda maghhom u huma adulti, u titkellem bl-iktar mod car maghha dwar il-valur tar-relazjonijiet, imhabba, rispett u sahha.  Meta inti qedgha tkun iktar miftuha maghha hemm cans li hi se thossha iktar komda li titkellem mieghek jekk ikollha problema jew xi mistoqsija.

Importanti hafna li lit-tfal nuruhom li nistaw nitkelmu dwar sess u problem halli noholqu spazju fejn huma jhossuhom komdi jaqsmu maghna dawk il – mistoqsijiet, dubji u wegghat li kieku jispiccaw igorru go fihom ghal hajjithom kolla.

Ghamel kuragg u ibda tkellem.

 

– matthew@willingness.com.mt