Ghandi binti ta’ 16-il sena li dejjem tghid li ma tridx tizzewweg. Fil-fatt qatt ma kellha xi interess li jkollha boyfriend. Dan l-ahhar qed tohrog ma’ tfajla tal-istess eta taghha u dejjem icemplu lil xulxin. Tahseb li t-tifla qed tghaddi minn xi fazi gay? Jew ghad jasal zmien meta ssib guvni u tnehhi kull hsieb li ghandha li ma tizzewwigx?

Grazzi hafna ta’ din l-ittra tieghek.  Kultant donnha jkolna idea go mohna ta’ kif ghandhom jighxu uliedna u jekk ma jimxux mal – pjan taghna nibdew ninkwetaw.  Qisa din l-idea ta’ normali u li ninkuraggixxu l – uliedna b’mod attiv u kultant anke passiv biex jimxu ma x’suppost.  Il-mistoqsija tieghi hi t-tifla tieghek hix kuntenta.  Nahseb li dik l-iktar mistoqsija mportanti ghax fil-verita’ jista’ jkun hemm hafna ragunijiet ghala t-tifla tieghek mhix nteressata fiz-zwieg bhalissa.

It-tifla tieghek jaf ghadu hadd ma nteressaha bizzejjed biex tkun f’relazjoni.  Mhux iz-zghazagh kollha jkunu jridu relazjoni ghal-punt li qedghin f’wahda.  Hemm zghazagh li jarfghu li sakemm ma jkunx hemm persuna li vera tolqothom u jhossuhom komdi maghha ma jikkunsidrawx li jidhlu f’relazjoni u jipreferu jqattaw il-hin ma’ shabhom.  Ghalhekk jien qed nissuggerixxi li forsi din il-habiba hi habiba tal-qalb u li s’issa bintek ghandha ma ltaqatx ma’ guvni li hasset li jogghobha bizzejjed biex tnaqqas il-hin minn ma’ din il – habiba biex tkun mieghu

Raguni ohra tista’ tkun li t-tifla tieghek ghandha mpresjoni li l-imhabba twegga’ u tohloq aktar tbatija milli kuntentizza.  Nixtieq nirreferik ghal ittra li rrispondejt milux fejn iddiskutejt guvni ta’ 13 il-sena li ma jridx jizzewweg.  Jiena kont spjegajt li gili tant uliedna qed jisimghu negattivita’ dwar relazjonijiet u zwieg, u gili anke jbatu huma stess habba relazjoni tal-genituri taghhom, li ma jkunux iridu jesperjenzaw dik it-tbatija huma stess.  Ghalhekk nheggek tpoggi bilqeghda maghha u anke ssaqsiha x’tahseb hi dwar relazjonijiet u anke forsi tirrifletti ftit dwar int x’kummenti u ezempju tajtha.

Iz-zghazagh ta’ dik l-eta’ gili jesperimentaw bis-sesswalita’ taghhom u jista’ jkun li qedgha ghaddejja minn fazi izda jista’ jkun ukoll li dik hi l – orjentazjoni taghha.  Jekk it-tifla tieghek tidentifika lilha nnifisha bhala gay li hemm bzonn taghmel hu li tfakkarha li l-aqwa li hi kuntenta.  Wara kollox ladarba li hi kuntenta u thossha mahbuba lil min thobb m’ghandhux tkun problema.  Mill-mistoqsija tieghek qed inhoss li kieku jaf issibha xi ftit difficli jekk hi ta’orjentazjoni omosesswali.  Li nixtieq infakrek hi li dik it-tifla tieghek u mportanti li ssib is-sapport tieghek dejjem bhala genitur taghha.  L-imhabba hi mhabba u tigi f’ghamliet differenti.  Hu normali li ghal bidu jaf issibha xi naqra difficli biex tifhimha inti u ghalhekk forsi jista’ jghin li titkelmu ma’ xi hadd.