Ghaziz Matthew,

Jiena guvni ta’ 32 sena.  Dejjem kont nahseb li jien straight ghax dejjem kont attrat lejn nisa u dejjem kelli relazjonijiet ma’ nisa.  Izda dan l – ahhar sibt lili nnifsi ningibed lejn ragel iehor.  Sahansitra gili spiccajna flimkien u anke gili raqad ghandi.  Qatt ma kelna x’naqsmu ghax ma nimmaginanix naghmel l-att anali.  Dan ifisser li jien gay? Fuq l – interner rajt ukoll li jista’ jkun li jiena Bisexual.  Imma jin ma rridx neqlibha lil partner tieghi.  Ma rridx li nkun ma’ mara u jkolli l-bzonn li jkolli ragel f’hajti, jew bil-kontra.

Ghandek ragun tinkwieta ghax tant nisimghu affarijiet differenti dwar is-sesswalita’ li qas inkunu nafu x’inhu veru u x’mhux.  Il-verita hi li meta nitkelmu dwar bisesswalita’, omosesswalita’ u eterosesswalita’ ma nkunux qed nitkelmu biss dwar l-att sesswali.  Infatti hu propju hawn fejn nemmen li s-socjeta’ tonqos lil kull tip ta’ relazjoni.  Sfortunatament inwaqqghu relazjonijiet tant specjali u fondi ghal att sesswali.  Niggudikaw kopji gay dwar att sesswali anali, li wara kollox qas biss hu att li kull kopja taghmel.  Inwaqqghu il-bisesswalita’ ghal ideja li bniedem irid ikollu x’jaqsam ma kull haga li timxi meta fil –verita’ l-bisesswalita hi meta persuna ma tiddiskriminax bejn is – sess tal-persuna li hija thobb.  Mela xi hadd li hu bisesswali jista’ jibda jhobb kemm ragel kif ukoll mara.  Dan ma jfissirx li persuna bisesswali ghandha bzonn ikollha x’taqsam maz-zewg sessi.  Jigifiri l-ghejdut li persuna bisesswali hi persuna li taghmel ghas-sess iktar minn haddiehor mhix minnha.  Persuna bisesswali tista’ teqlibha lil partner taghha bl-istess mod li persuna eterosesswali tista’, la inqas u lanqas iktar.

Jiena nissuggerixxi li tqatta’ iktar hin mal-habib tieghek u tara kif thossok minghajr ma tghaggel.  Li tkun f’relazjoni ma’ ragel iehor ma jfissirx li trid taghmel l-att anali.  Bhal f’kull tip ta’ kopja ohra x’isir fil-kamra tas-sodda jiddeciduh iz-zewg persuni li huma f’dik ir-relazjoni u bl-istess mod kif jezistu kopji eterosesswali li ma jkollomx x’jaqsmu b’dan il-mod l-istess jezistu persuni f’relazjoni ma’ persuna ta’ l-istess sess li juru mhabbitom u jaghtu pjacir lil xulxin b’modi differenti.

Nixtieq li naghlaq billi nsemmi teorija li tissuggerixxi li s-sesswalita’ taghna hi iktar fluwida milli nahsbu ahna u ghalhekk kultant ikun ahjar li nghixuha minghajr ma nipruvaw intuha isem.