Jiena raġel miżżewweġ u għandi żewġt itfal, it-tnejn subien, wieħed ta’ 12-il sena u wieħed ta’ 10 snin. Jien u l-mara ma nistgħux naqblu fuq jekk it-tfal għandhomx jgħinu bil-faċendi tad-dar. Jiena nemmen li importanti li jagħtu daqqa t’id inkella jidraw ma jagħmlu xejn u meta jkollhom bżonn isibuha bi tqila. Il-mara ma taqbilx miegħi għax, fil-verità, m’hemmx bżonn essaċċ għajnuna ħabba li hi taħdem biss part-time u darba fil-ġimgħa tiġi tgħinha maid. Il-mara tgħidli li għadhom żgħar u li jilħqu jitgħallmu u jmiddu jdejhom u li aħjar jiffokaw l-enerġija tagħhom fuq l-iskola. Ma tantx qed naqblu u ġieli spiċċajna nilletikaw fuq dik-kwistjoni. Meta taħseb li t-tfal għandhom jgħinu fix-xogħol tad-dar?
Jiena naħseb li huwa importanti li t-tfal imiddu jdejhom fix-xogħol tad-dar, anki jekk ftit żgħira darba fil-ġimgħa. Sa ċertu punt għandha raġun il-mara li jilħqu jitgħallmu, fis-sens li xogħol tad-dar mhux il-prijorità tat-tfal, però huwa importanti li t-tfal ikollhom sehem fid-dar tagħhom stess anki minn meta jkunu relattivament żgħar. Dan japplika kemm jekk huma subien u hekk jekk huma bniet. Sfortunatament hemm tendenza li l-bniet jieħdu iktar sehem id-dar mis-subien meta fil-verità importanti hu x’inhu s-sess tat-tfal.
M’hemmx għalfejn ikollhom ħafna, imma anki xi ħaġa żgħira bħal li jnaddfu l-kamra tagħhom darba fil-ġimgħa jew li jaħslu jew jixxuttaw il-platti xi ġranet. Dan jgħinhom jitgħallmu jqassmu l-ħin tagħhom u anki jkollhom sens li l-istat tad-dar jiddependi fuqhom ukoll u mhux isibu kollox lest. Ovvjament però fil-każ tiegħek importanti ħafna li jekk tittieħed deċiżjoni, taqblu fuqha kemm inti u kemm martek. Importanti li f’kollox, imma speċjalment mat-tfal, intom it-tnejn timxu bl-istess mod. Għalhekk nemmen li importanti li tiddiskutu ftit is-sitwazzjoni u taslu għal deċiżjoni flimkien.
Matthew Bartolo is a counsellor specialising in Sex & Relationships. He offers counselling to both individuals and couples, and runs the sex education services within Willingness. He can be contacted on matthew@willingness.com.mt or call us on 79291817.