Ilni mal-boyfriend tieghi ghal din l-ahhar sena u nofs u t-tnejn li ahna vera attivi sesswalment. Ikolna x’naqsmu xi erbgha darbiet fil-gimgha. Il-problema tieghi hi li filwaqt li jiena nuri li qed niehu pjacir waqt l-att hu ma tantx ikollu reazjonijiet. Din vera qed tinkwetani u nsib li qed nweden iktar u iktar jekk nogbux u jekk hux komdu mieghi.

Kif nista’ nkun naf jekk hux qed jiehu pjacir mieghi? Hemm xi mod kif nista’ ninduna?

Danita

 

Ghaziza Danita,

Tidher li ghandkom relazjoni sesswali b’sahhitha. Ir-risposta hi hafna iktar semplici milli nahsbu. Hemm bzonn issib hin fejn it – tnejn li intom tistghu titkelmu u ssaqsih. Hafna drabi noqghodu nipruvaw naqraw mohh il-mahbubin taghna imma kull ma nkunu qed naghmlu nimlew mohna bi hsibijiet li qatt ma nikkonfermaw. B’hekk inkunu qed inkabru d-dubju izda qatt ma niccaraw is-sitwazjoni.

Meta naghmlu hekk ir-riskju hu li nibdew naqraw certu sinjali kif jahseb mohna u dejjem nitbedghu mill-mahbubin taghna. L-ahjar soluzjoni hi li ssaqsi lilu. Meta kopja jirnexxilha titkellem dwar is-sess mhux talli hafna drabi s-sess isir ahjar imma tizdid l-intimita’ ta’ bejniethom.

 

Hudu hsieb xulxin,

Matthew

 

-matthew@willingness.com.mt