Reading Time: 2 minutes

Il-partner tiegħi ftit ġimgħat ilu siefer biex jistudja l-Italia għal sena. Wara li ddiskutejna ftit konna ddeċidejna li nibqgħu flimkien għax avolja nkunu ‘l bogħod fil-verità sena tgħaddi u t-tnejn li aħna investejna ħafna fir-relazzjoni tagħna. Pero’ avolja kulma addew ftit ġimgħat, vera qed nimmisjah. Nitkellmu fuq Facebook jew nagħmlu video calls fuq Skype kuljum pero’ mhux l-istess bħal meta nkunu fiżikament fl-istess kamra. Bħalissa l-finanzi huma limitati għax għadni student u ma nistax nitla’ ħdejh iktar minn xi 3 darbiet waqt dik is-sena. Qed nibża li iktar ma jgħaddi żmien ħa nibda’ nħossni skonness minn miegħu u, avolja nafdah b’għajejn magħluqin, nibża’ li nitilfu. X’nista’ nagħmel?

 

Huwa diffċli li nkunu ‘l bogħod mill-partners tagħna – kif għidt inti preżenza virtwali u preżenza fiżika huma differenti. Il-fatt li ma nkunux fl-istess post fiżiku jillimitana f’dak li nistgħu nagħmlu. Bl-avanzi fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni llum huwa ħafna iktar faċli li nżommu kuntatt ma’ dawk li jkunu ‘l bogħod. Li jinżamm il-kuntatt huwa essenzjali pero’ importanti wkoll li jkun kuntatt ta’ kwalià tajba.

Affarijiet oħra li tistgħu tagħmlu huwa tip ta’ online ‘dates’ fejn intom tqattgħu ħin flimkien virtwali fuq video call u forsi taraw xi serje jew film flimkien, jew tieklu, jew issajru, jew anki tiftħu flixkun inbid. Tistgħu tqattgħu ħin flimkien ukoll permezz ta’ logħob online jekk tkunu dilettanti.

Avolja huwa diffiċli li tgħixu apparti, kif għidt inti sena tgħaddi. Id-distanza taf tgħin lir-relazzjoni tagħkom ukoll. Eżempju meta tiltaqgħu tapprezzaw kull sekonda li tqattgħu flimkien. Fil-kuntest ta’ relazzjoni wkoll, huwa importanti li tkunu kapaċi tgħixu waħedkom apparti li tgħixu flimkien. Kuraġġ, ftit ftit jgħaddi ż-żmien u bejn inti titla’ sa ħdejh u hu jinżel ftit Malta, malajr terġgħu tkunu fuq l-istess art.

 

 

Matthew Bartolo is a counsellor specialising in Sex & Relationships. He offers counselling to both individuals and couples, and runs the sex education services within Willingness. He can be contacted on matthew@willingness.com.mt.