Qiegħda naħdem part-time imma mhux inlaħħaq mal-istudju

Qiegħda naħdem part-time imma mhux inlaħħaq mal-istudju
Reading Time: 2 minutes -

Hija r-realta’ ta’ ħafna nies bħalissa li jistudjaw u anke jkollhom xogħol part-time. Il-vantaġġ ta’ dan huwa li tkun qed tiġbor ċertu esperjenza fid-dinja tax-xogħol, anke mill-għad li meta tapplika għax-xogħol li tixtieq wara li tistudja, tkun tista’ anke titkellem fuq esperjenzi ta’ xogħol ieħor. Vantaġġ ieħor, jew bżonn ieħor li taħdem waqt li tistudja, huwa li tkun qed ddaħħal ftit flus għal użu tiegħek. Per eżempju, għandek flus biex toħroġ ma sħabek, biex tkun tista’ tieħu ħsieb il-karozza jew mutur, biex tixtri ċertu ħwejjeġ jew affarijiet eletroniċi. Jew anke biex tibda tfaddal xi ħaġa għal iktar tard!

Iżda, l-istudju jieħu ħafna ħin, u għandu jkollu ċertu priorita’… għalhekk xi ħaġa difficli f’dan l-istil ta’ ħajja huwa li żżomm bilanċ bejn ix-xogħol li tkun qed tagħmel, l-istudju (li ma jinkludix biss lectures, iżda anke ħin wara li tkun spiċċat l-iskola biex tagħmel ċertu xogħol, riċerka u studju), u anke biex jkollok ċertu ħin mal-ħbieb, familja, u mas-sieħeb jew sieħba.

Dawn huma ftit tips li jistaw jgħinuk biex iżżomm bilanċ bejn l-istudju u x-xogħol:

  1. Ddumx biex tibda xi ħaġa – jekk għandek ammont ta’ ħin liberu li fih tista’ taħdem fuq assignment jew xogħol ieħor tad-dar, mela aqbad u ibdieh! Iktar ma tibda malajr, iktar tista’ tlesti malajr.
  2. Għati lilek innfsek ġurnata “off”. Prova tidħolx xogħol kuljum, u ħalli mank ġurnata fejn m’għandekx lectures u lanqas xogħol. F’dan il-ħin, tista’ tistrieħ, u tirrilassa, li hu importanti ferm biex tevita dak li nsejjħu ‘burnout’. Wara li tirrilassa, tista’ anke tuża dan il-ħin mingħajr skola jew xogħol biex taħdem fuq ċertu assignments jew riċerka li jkollok bżonn tagħmel.
  3. Evita social media – waqt li tkun qed taħdem fuq ix-xogħol tad-dar, evita’ li toqgħod titħol fuq media soċjali bħal Facebook. Dawn l-affarijiet iktar jdewwmu biex tlesti dak li għandek tlesti, u meta ma jirnexxilekx tlesti dak li għandek bżonn tagħmel, tispiċċa tħossok ħażin.
  4. Żomm ma skeda – Għamel pjan ta’ kif ħa tqassam ħinek, u żomm magħha.

Referenzi

https://elearningindustry.com/7-tips-balance-study-work-and-personal-life

Mel McElhatton holds a degree in Social Work from the University of Malta. With Willingness, Mel does life coaching and is one of the facilitators in the IRL – In Real Life team. They are also the producer of the radio show Niddiskutu s-Sess. They can be contacted on mel@willingness.com.mt or call us on 79291817.

Phone:

+356 7929 1817