1. X’taħseb li qiegħed iwasslek biex tħossok distanti minn uliedek?

Tajjeb li tibda billi tirrifletti ftit fuq għaliex taħseb li hemm din id-distanza bejnek u bejn uliedek. Dan huwa għaliex ir-raġunijiet jistgħu jvarjaw ħafna minn ċirkustanza għal oħra. X’inbidel fir-relazzjoni bejnek u bejn it-tfal meta bdiet tinħass din id-distanza? Jista’ jkun li, per eżempju, din id-distanza żdiedet meta t-tfal bdew jikbru, u forsi bdew jfittxu iżjed il-kumpanija tal-ħbieb tagħhom. Jista jkun ukoll pero’ li għaddejtu minn xi esperjenza li ġabet bidla fit-tip ta’ relazzjoni li għandek mat-tfal, kemm jekk din l-esperjenza ġrat direttament fil-familja kif ukoll jekk affetwat direttament membru wieħed biss mil-familja. Dan hu għaliex esperjenzi bħal telfiet, problemi fis-saħħa u bidliet, fost oħrajn, jistgħu jħallu impatt fuq r-relazzjonijiet li jkollna.

2. X’ sapport temmen li għandek bżonn?

Fittex is-sapport li taħseb li għandek bżonn biex tagħmel ċertu bidliet. Per eżempju, jekk inti trabbi t-tfal tiegħek ma’ ġenitur ieħor, ara jekk huwiex possibli li taqsam magħħa jew miegħu kif qiegħed tħossok dwar is-sitwazzjoni u li tixtieq li ssib mod kif tiġbed lil uliedek lejk. Jista jkun li l-ġenitur l-ieħor ukoll qiegħed isib din id-diffikulta’. Pero’ jista jkun ukoll li l-ġenitur l-ieħor jista’ jagħtik il-perspettiva tiegħu fuq għaliex jaħseb li hemm din id-distanza bejnek u bejn uliedek. F’dan il-każ, iddiskutu kif tistgħu taħdmu bħala team, u kif il-ġenitur l-ieħor jista wkoll jgħinek tibni r-relazzjoni mat-tfal. Eżempju, l-ġenitur l-ieħor jista’ jippjana attivita’ mat-tfal fejn jistiednek biex tidħol parti minnħa inti ukoll. Ġieli wkoll tkun idea tajba li tevalwaw ukoll l-istili ta’ trobbija u dixxiplina. Anki ġenitur li jikkunsidra ruħu bħala ddixxiplinat għandu jkollu l-opportunita’ u l-ispazju li jieħu gost u jgawdi lit-tfal.

Naturalment, jekk dan it-tip ta’ sapport mhuwiex possibli għal raġuni jew oħra, aħseb fuq x’sapport ieħor taħseb li jista jgħinek. Forsi li titkellem ma’ xi ħadd li tħossok viċin tiegħu u li taħseb li jista’ jagħtik ftit ta’ perspettiva. Hemm il-possibilta’ li tfittex ukoll sapport professjonali biex tħossok iżjed preparat biex tagħmel bidliet neċessarji.

3. Ikkomunika m’ uliedek jekk taħseb li tista tgħinek

X’taħseb li jista jiġri jekk lil uliedek tgħidilhom li tħoss in-nuqqas tagħhom u li tixtieq li tħossok iżjed viċin tagħhom? Uri interess f’ li ssir taf iżjed dwarhom, f’dak li jħobbu jagħmlu, f’dak li jdejjaqhom. Importanti li ma nassumux li dak li konna nafu dwar uliedna ftit snin ilħu bilfors għadu japplika llum l-ġurnata. Ikkunsidra ukoll li tħalli lit-tfal stess jgħaġlu kif jixtiequ jqattgħu ħinhom miegħek, u imxi skond l-pass tagħhom.

Rebecca Cassar is a Family Therapist practicing the Systemic Approach. She specializes in offering therapy to families, couples and individuals who are experiencing distress in their relationships. She can be contacted on rebecca@willingness.com.mt or call us on 79291817.