Reading Time: 2 minutes

Jiena raġel u ili miżżewweġ lill-mara sena u nofs u s’issa għadni qatt ma kelli x’naqsam magħha. Għal xi raġuni tingħalaq mingħajr ma tkun trid meta mmur biex immissha, aħseb u ara meta nippruvaw ikollna x’naqsmu flimkien. Il-problema ilha minn mindu kont bdejt noħroġ magħha snin ilu u għamilt żmien ma kinitx iddejjaqni għax jien lilha nħobbha u m’hemmx għalfejn ikolli x’naqsam magħha – biżżejjed għalija li nkun magħha. Pero’ hi lilha tiffrustrha u ddejjaqa u issa bdejt ninkwieta li taf tkun kundizzjoni medika jew li jkun hemm xi problemi oħra. Issuġġerejtilha li tmur tara speċjalist pero ma tħosshiex komda, fil-fatt qatt ma marret għand ginekoloġa. Jien naħseb li aħjar tmur tiċċekkja pero’ ma rridx indejjaqha speċjalment jekk m’hi xejn periloluża. Tista’ ttini parir?

 

Grazzi ħafna talli qsamt magħna din is-sitwazzjoni. Milli qed tiddiskrivili, jista’ jkun li l-mara tiegħek għandha kundizzjoni li tissejjah vaginismus fejn bażikament il-muskoli tal-partijiet tagħha jingħafsu meta xi ħadd jipprova jippenetra. Meta jiġri hekk tingħalaq u meta jiġu biex ikollhom x’jaqsmu ma’ ħaddieħor fizikament jew ma jkunux jistgħu jew iweġġgħu. F’ħafna każi jkollhom diffikultajiet ukoll, per eżempju, biex jużaw tampons. Hija problema li jbatu minna numru ta’ nisa u li sfortunatament mhux dejjem imorru jiċċekkjaw fuqha għax iħossuhom imbarazzati.

Bħala kundizzjoni taf tkun primarja, fejn tkun ilha tbati minnha mill-pubertà, u sekondarja, fejn tiġi kkawżata minn xi infezzjoni jew esperjenza. Mhux dejjem inkun ċar x’jikkawżha eżatt pero’ ġieli jkunu affarijiet bħal biża assoċjata mas-sess, eżempju mill-att innifsu jew għax taħseb li ħa tweġġa, jew f’xi każi li jaraw jew jesperjenzaw abbuż sesswali. Pero’, hi x’inhi l-kawża, hemm affarijiet li jistgħu jgħinu bħal eżerċizzji jew counselling. Naħseb importanti li, speċjalment la qed iddejjaqha, titkellmu ma’ ginekoloġista jew counselor fuq il-kundizzjoni, avolja nifhem li mhux faċli għaliha. Ħudu ħsieb xulxin.

 

 

Matthew Bartolo is a counsellor specialising in Sex & Relationships. He offers counselling to both individuals and couples, and runs the sex education services within Willingness. He can be contacted on matthew@willingness.com.mt.